Moira Sciberras tagħlaq il-grupp “Bidla għal Malta” u tħeġġeġ Nazzjonalist oħra jagħmlu bħalha u jneħħu l-gruppi li għandhom minn fuq Facebook

Moira Sciberras, waħda mill-amministraturi tal-grupp ‘Bidla għal Malta’ ħatfet l-okkażżjoni tas-sejħa li għamel il-kap tal-Oppożizzjoni u għalqet il-grupp tagħha fejn kienet għaddejja diversi kritika ta’ kif kienu sejrin l-affarijiet fil-Partit Nazzjonalista.

B’li għamlet Ms Sciberras ikkonfermat bħala amministratur tal-grupp li ma taċċettax kritika miftuħa fuq il-Partit Nazzjonalista. Dan huwa raġunament ħażin ħafna u għax għamel żball Dr Grech ma jfissirx li jkollok taqbel miegħu. Imma jien min jien biex nimponi l-ħsieb tiegħi fuqek.

Kemm ġejna qiegħdin tajjeb f’dan il-pajjiż u agħar f’dan il-partit li niġu ordanti biex nagħlqu ħalqna għax inkella nagħmlu l-ħsara. Ara qabel, meta kien hemm Delia, id-diskors kien mod ieħor.

Skond Ms Sciberras li tikteb fi grupp suppost kollu Nazzjonalist, u li xi kultant ikun hemm xi ħadd li jikkritika lill-partit, huwa riżorsa biex tagħmel ħsara lill-Partit. Imsomma issa sar dnub mejjet li tikkritika lill-Partit Nazzjonalista.

Araw x’qed tgħid Moira Sciberras lin-Nazzjonalista. Qed ‘titlob lil kull Nazzjonalist, li huwa Nazzjonalist mhux ta’ taparsi imma lil min jħobb il-Partit,’ biex jagħlaq il-paġna tiegħu u ma jmurx ifettillu jikteb xi kritika lill-Partit Nazzjonalista.

Ma kienx biżżejjed, imma qed tissuġġerixxi wkoll lill-amministraturi ta’ xi gruppi oħra Nazzjonalisti biex jagħlqu l-gruppi u jitfgħu x-xugaman għax qed issir xi kritika li tista’ tagħmel ħsara lill-partit. Għax hekk qal l-oraklu.

Dak li nista’ ngħidlek li l-grupp tiegħi ser jibqa’ miftuħ għal kulħadd mingħajr ċensura jew sarima ma’ ħalq ħadd.

One comment

Leave a Reply