Min hu l-ghostwriter ta’ Bernard Grech?

Bernard Grech kiteb artiklu fil-gazzetta The Sunday Times of Malta tal-bieraħ 25 ta’ Lulju, eżatt fil-ġurnata meta xxandar survey disastruż dwaru mill-istess gazzetta. Nażżarda ngħid li dan is-survey juri li verament Dr Grech ġie mormi mill-elettorat. Biss f’dan l-artiklu mhux ser ikun qed nittratta x’kiteb Bernard Grech. Dan ser ikun analiżżat f’artiklu separat min ħadd ieħor.

F’dan l-artiklu nixtieq nitkellem fuq xi ħaġa oħra. Dan l-artiklu mhux xogħol Dr. Bernard Grech. Din mhix il-kitba tiegħu. Dan l-artiklu huwa xogħol ghostwriter li numru ta’ mexxejja – imma mhux kollha – jkollihom.

Ikolli ngħid li dan huwa xogħol Peter Agius. Ċertu frażijiet fih jixbħu ħafna l-frażijiet li jħobb jikteb Peter Agius u kont naqra fuq il-Facebook Page tiegħu. Fuq kollox, huwa ġa ppostja fuq Facebook fejn qal li l-Partit Nazzjonalista poġġieh bħala Chief Spokesperson tiegħu u jidher li ġa beda jagħmel xogħlu.

Dan ikkonfermah mill-ġdid waqt il-programm ta’ analiżi tal-bieraħ fuq Net TV fejn reġa’ semma dak li sirna nafu mill-Facebook post tal-istess Dr Agius li hu se jkun il-porta voce tal-Partit Nazzjonalista għaż-żmien li ġej. Huwa qal waqt dan il-programm li se jkun involut iżjed u se jaqsam l-esperjenzi tiegħu mat-tmexxija u jipprova jindirizza l-messaġġ tal-partit lejn sezzjonijiet diversi, speċjalment lejn iż-żgħażagħ.

Biss Dr Agius irid ikun ukoll sinċier ma’ kull min qed jarah u jisimgħu. Kulħadd jaf li l-ambizzjoni tiegħu ma hiex fuq livell nazzjonali. Dan tajjeb għall-Partit Nazzjonalista, għall-inqas sal-elezzjoni li ġejja. Kulħadd jaf li hu qed jimmira għas-siġġu fil-Parlament Ewropew. F’dan ma hawn xejn ħażin. Tajjeb, imma jgħidilna li qed jagħmel jew se jkun qed jagħmel mhux biss biex jgħin lill-partit, imma anki biex issaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu għal dawn l-elezzjoniijiet Ewropej. Nemmen li politiku jrid ikun ġust ma kull min qed jarah u jisimu. Peter Agius ġa beda jaħdem mil-lum għal dak li se jiġri għada, jew meta tasal l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Min-naħa l-oħra, wara l-esperjenza ma’ Antonio Tajani, fejn kien jikteb l-artikli għalih, ma jagħmilx ħażin li jagħti d-dovut servizz lill-Partit Nazzjonalista. Bħala kitba mhix ħażina. Anzi hija kitba tajba ħafna. Imma l-problema tinsab mhux il-kitba imma fil-fatt li Bernard Grech għandu nuqqas ta’ kredibilita’ mal-elettoral minħabba l-gaffes li qed jagħmel. Dwar dan ser inħalli fl-osservatur politiku biex jindika għala dan l-artiklu, anki jekk miktub tajjeb mhux ser iħalli effett. Biss dan hu suġġett ta’ blog ieħor.

One comment

Leave a Reply