Where your opinion counts

Fil-grupp PN – Flimkien Nirnexxu jgħidu li ħadd ma jagħti kasi u fl-istess waqt jaqrawni u jikkwotawni

Qed inġib x’kitbet ċertu Doris Barbara li qed tistaqsini kemm nitħallas ta’ kull blog li nikteb. Staqsitni jekk għadni ma mlejtiex l-ixkora.

Kull ma ngħidilha jien hu li ma jien nieħu xejn. Mela jien xi Christian Peregin li biex nagħmel xi ħaġa rrid nitħallas? Issa oqogħdu iġbru ħa tħallsu s-salarju ta’ sitt elef euro fix-xahar.

Fuq kollox, nistaqsi lil Doris Barbara kif nista’ nagħmel ħsara meta ħadd ma jagħti kasi? Il-ħsara għamluha l-klikka li qasmet partit għall-interessi tagħha u saret id-daħqa tas-seklu.

Biss l-aqwa li ngħajru n-nies żibel. Dan hu l-mod ta’ politika ġdida li daħħal Bernard Grech fil-Partit Nazzjonalista.

One thought on “Fil-grupp PN – Flimkien Nirnexxu jgħidu li ħadd ma jagħti kasi u fl-istess waqt jaqrawni u jikkwotawni

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *