Peregin bela’ kliemu dwar Adrian Delia

Qatt nisma’ l-intervista li kellu Chris Peregin ma’ Andrew Azzopardi. Ser nitkellem hawn fuq punt wieħed f’dan l-artiklu. X’qal Peregin fuq Adrian Delia.

Andrew Azzopardi staqsa lil Peregin jekk jiddejjaqx b’Adrian Delia ma saqajh. Peregin wieġeb hekk u se nikkwotah kelma b’kelma.

“Yes, I think he is also an asset for the Party. I’m glad that he is still being loyal to the Party and really fulfilling his role as an MP very very well. This guy was someone who was the leader of the Party, you know, had a very traumatic experience on being replaced as the leader of the Party and instead of leaving and being a baby about it, he looks fine and dandy, and he is actually performing really well as an MP. It’s lovely to see someone contributing in the way he has been contributing in the Party and I hope that there are other people who work in the best way for the Party”.

Dan x’ħasbu lil Adrian Delia xi pinnur?! Ħasbu xi merċenarju li jinxtara bil-flus biex jaqleb il-vot?! Veru kif jgħidu d-dinja rota u ż-żfin jinbidel skond il-mużika għal xi uħud. Dan huwa l-istess Peregin li sa ftit ġranet ilu kien qed jitlob għar-reżenja ta’ Adrian Delia mill-Partit Nazzjonalista. Imma huwa dejjem tajjeb li wieħed jara d-dawl “at the end of the tunnel” anki jekk f’dan il-każ il-konverzjoni ġiet “at a cost” ta’ eluf ta’ ewros.

Dak li ħareġ f’din l-intervista huma l-mod kif Peregin jara lil Adrian Delia. Huwa jarah bħala “dandy”, jiġifieri bniedem minfuħ bih innifsu! Il-kelma ‘dandy’ bl-Ingliż tfisser, u hawn ser nikkwota “a man who places particular importance upon physical appearance, refined language, and leisurely hobbies, pursued with the appearance of nonchalance in a cult of self.”

Li Adrian Delia għandu lingwaġġ irfinut huwa minnu, imma li hu minfuħ bih in-nifsu – kif tfisser l-espressjoni Ingliża – “a cult of self” huwa definittivament assessment żballjat ta’ Adrian Delia. Delia huwa raġel eleganti imma dan ma jagħmlux “dandy”. L-użu ta’ din il-kelma juri biss il-mentalita’ klassista li hemm tirrenja fil-Partit Nazzjonalista.

Anzi jekk xejn, Adrian Delia rnexxilu jidħol fil-qlub ta’ dawk li fil-Partit Nazzjonalista huma mitqiesha mill-istess partit Nazzjonalista bħala ċittadin tat-tielet klassi. Jekk xejn, din il-klassi normalment tħares b’għajn kritika lejn dawk il-politiċi li jipproġettaw lilhom innifishom bħala “dandy”.

Leave a Reply