Jaf Manuel Delia li fil-komputer ta’ Daphne kien hemm xhieda li tħammar wiċċ Jason Azzopardi?

Mela Manuel Delia ġie intervista minn Jon Mallia u qal dan il-kliem

Pero ħa ngħidlek x’irridu napprezzaw u li dan il-pajjiż għadu mhux qed japprezza u li l-infrastuttura politika li għandna, qed tagħmel minn kollox biex ħadd ma japprezza li f’Malta għandna l-Mafia. U mhux qed niċċajtaw, mhux qed nesaġeraw, jew niddrammatizzaw, qed nitkellmu fuq nies fil-politika, fil-business leġittimu, li jimpjegaw in-nies u li nammirawhom għax jimpjegaw in-nies u fuq il-kriminalita’ ta’ taħt l-art illi huma kuntenti, u li għamluha, u li repetutament għamluha, illi meta jridu jwarrbu lil xi ħadd min-nofs, jintimidawh, jhedduh, jużaw il-liġi, jużaw il-qrati, jużaw il-pulizija korrotti biex jintimidawhom. U jekk jibqa’ ma jirnexxielhomx joqtluh.”

U skont Manuel Delia

U Jason Azzopardi qed jieqfilhom“.

Int bis-serjeta’? Taf min juża dawn it-tatttiċi li qed tgħid inti? Jason Azzopardi innifsu u l-familja Caruana Galizia. Min lili pprova jagħlaqli ħalqi bil-qrati? Min lili ipprova jagħmilli libel għax għidtlu l-verita’ dwar li kien iltaqa’ ma’ Yorgen Fenech meta qal li qatt ma iltaqa’ miegħu? Jason Azzopardi! Min lili qal il-qorti li qed nittorrorizzah. Ma kienx Jason Azzopardi imma sieħbu l-avukat tar-Repubblika Galea Farrugia.

Biss Manuel Delia kompla jippontifika u jgħid.

Mhux waħdu qed jieqfilhom. Pero wieħed mill-ftit fis-settur, mnejn ġej hu, li qed jieqfilhom. U frankament il-fatt li ma ħassux obligat, li xi darba xi ħadd għamillu pjaċir, illi jieqfilhom, illi jibqa’ jieqfilhom, illi ma ddejjaqx jieqfilhom, minkejja li xi darba xi ħadd minnhom għamillu pjaċir, għalija hija xi ħaġa li rridu nammiraw u rridu nipproteġu.

Int taf x’int tgħid? Pjaċir wieħed ħa Jason Azzopardi mingħand il-familja Fenech? Naħseb li taf li ġa ħarġu fil-media li ħa aktar minn rigal wieħed, inkluż l-użu tal-Hilton b’xejn f’Malta. U nkompli ngħidlek li hemm aktar pjaċiri u għad iridu joħorġu fil-futur. Imbagħad Delia kompja jgħid li.

Għaliex pajjiżi oħra fejn jiġġieldu il-mafja, l-Istati Uniti, l-Italja, l-istess tip ta’ mafja, in-nies li jiġġieldulha mbagħad, il-mafjużi tgħajru min-nofs. Meta qatlu lil Daphne Caruana Galizia, għalhekk qatluha. Jiġifieri meta kienu joqtlu lil xulxin, ma konniex nagħtu każ. Kien ikun hawn karozza bomba kull 3 xhur, hawn u konna ngħidu u iwa traffikant joqtol traffikant. Jagħmlulna pjaċir. Niffrankaw li nħallsu l-pulizija biex ifittxuhom. Sa kemm qatlu lil Daphne. Daphne Caruana Galizia kienet uffiċjal tal-istat, kienet qed tirrapreżenta l-istat. Mhux impjegat imħallas tal-istat, imma kienet tirrappreżenta l-istat, illi bil-ġurnaliżmu tagħha kienet qed tiġġieled lil din il-mafja“.

Ma nafx mnejn ġibtha li Daphne Caruana Galizia kienet uffiċjal tal-istat. Daphne kienet ċittadini tal-istat imma din hija xi ħaġa oħra li użat wkoll il-pinna tagħha biex tweġġa’ nies innoċenti sempliċiment għax Laburisti. Imbagħad għadda biex jitkellem fuq il-magistrati li mexxew l-inkjesta.

Il-maġistrat u l-maġistrati li jmexxu l-inkjesti f’dan il-każ, fil-każi ta’ korruzzjoni, l-prosekuturi, l-pulizija, l-ispetturi tal-pulizija, illi l-bosses tagħhom kienu in-nies, il-kummissarju Lawrence Cutajar, id-deputat kummissarju Silvio Valletta, li tkeċċew mill-pulizija. Issa wieħed diġa’ Raymond Aquilina li għaddejjin minn proċeduri kriminali. Dawn huma bent cops. Dawn huma il-pulizija korrotti. Il-pulizija li kienu taħthom irridu marru jiġġieldulha il-mafja, li resqu n-nies. Min qed jipproteġihom? Min qed jassigurana li mhux se jtajruhom min-nofs? Min qiegħed magħhom bil-lejl? U meta naraw kemm hu voċiferu. Aħna f’Malta m’aħniex armati istituzzjonalment biex niġġieldu l-mafja. U ntik ftit eżempji. Jiġifieri, il-proċess ta’ Alfred u Ġorġ Degiorgio, arrestati 6 ġimgħat wara li qatlu lil Daphne Caruana Galizia, jiġifieri fl-4 ta’ Diċembru 2017, qiegħdin fl-2021, u għad ma għandniex data għall-ġuri tagħhom. Ma nafux meta se tisma’ l-każ tagħhom ġurija. Aħseb u ara ta’ Yorgen Fenech, aħseb u ara tal-Maksar eċċ eċċ. L-evidenza kontra Yorgen Fenech tinstema għal seduti ta’ tlett siegħat, erba’ siegħat, darba kull 3 ġimgħat, qisna ma għandniex x’nagħmlu, għaliex? Għax il-maġistrat, illi frankament li qed tisma’ dan il-proċess, hi iktar minnek u iktar minni, taf l-periklu tal-evidenza li qed tisma tal-proċess. Li qed tisma taf li nies illi, għadu preżunt innoċenti Yorgen Fenech, imma raġenovalment tissuspetta li diġa qatel. Din għandha f’idejha l-mezzi illi lil dan titfgħu għomru l-ħabs, jew almenu tipprepara biex ikun hemm il-ġuri biex imur għomru l-ħabs, ma tqumx filgħodu u tgħid, jiena qed nisma dawn l-400 każ differenti, kollha quddiemha l-kawżi kollha, u dan partikulari huwa verament perikoluż. Taħseb li għandu jinstema bl-istess mod? Fl-Italja, fl-Istati Uniti, fejn jiġġieldu l-mafja, għandek proċessi apposta għall-mafja. Għandek infrastruttura ta’ protezzjoni għal uffiċjali tal-istat kontra l-mafja.

Mela dan ma jafx li din hija qorti istruttorja jiġifieri, il-maġistrata f’dan il-każ tiddependi fuq l-Avukat tar-Repubblika u xogħolha hu biss li tiġbor l-evidenza tal-prosekuzzjoni u mhux tad-difiza? Mela jekk hemm dan it-tul, dan żgur mhux tort ta’ l-aħwa Degiorgio jew ta’ Yorgen Fenech. Mela kif Manuel Delia jmur jgħid li l-maġistrata Rachel Montebello ġa taf li Yorgen Fenech ħati u kieku ġa bagħtitu għomru l-ħabs? Min mindu l-maġistrati għandhom il-fakulta’ li jibgħatu persuna għomorha l-ħabs? U fuq liema bażi? Fuq ix-xhieda ta’ Melvin Theuma li xeba’ jigdeb u issa qal li ma jaf xejn fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galiza? Fuq kollox, Manuel Delia jaf li Yorgen Fenech għadu l-anqas ippreżenta l-provi tiegħu? U mingħajr ma semgħet il-provi tad-difiza, il-maġistrata, skont Delia, ġa ddeċidiet fuq dan il-każ? Stqarrija bħal din minn Manuel Delia hija perikoluża barra li tista’ titfa dell ikrah li l-maġistrata. Kieku jien il-Maġistrata Montebello nibda naqbeż meta nisma’ stqarrijiet bħal dawn fuqi!

Infakkru lil Manuel Delia l-prosekuzzjoni għadha, wara dawn ix-xhur kollha, mhux kapaċi tiġbor ix-xhieda kollha, inkluż ix-xhieda mill-kompjuter ta’ Daphne Caruana Galizia, li issa sirna nafu li d-data li kien hemm fih ġiet imħassra u meqruda fuq ordni tal-familja tagħha stess. Ħa nagħmlek sfida Manuel Delia, Taf li fil-komputer, Daphne Caruana Galizia kellha xhieda li tħammar wiċċ Jason Azzopardi? Kienet din waħda mir-raġunijiet għala din id-data tħassret fuq ordni tal-familja?

Huwa kompla jgħid hekk:

Aħna naraw il-prosekuturi li qed imexxu dan il-każ u ħa nibdew naraw ir-riżenji tal-prosekuturi. Mhux għax jibżgħu. Għax l-istat mhux qed jipproteġihom. Għax qed iħallihom waħedhom jikkonfrontaw l-intimidazzjoni u t-theddid. U t-theddid mhux ġej min taħt ta. Tarah online. Tara kummentaturi. Tara blogger, alright. Illi jikteb biex jiskredita l-każ tal-prosekuzzjoni. Mhux billi jiċċalinġja l-evidenza tal-prosekuzzjoni. Jiskredita l-individwi. L-istess bħal ma tisma’ fuq Jason Azzopardi. Tisma’ fuq il-prosekutur ukoll. Tisma’ fuq il-pulizija u tisma’ fuq il-ġurnalisti bħali. Ukoll tistmana ilkoll qisna qed nakkużaw persuna innoċenti. Jitkellem f’isimhom. Jitkellem fil-lingwa tagħhom apertament, apertament. Ara, the greatest trick the devil ever pulled was convincing the world he didn’t exist. Il-mafja hekk taħdem li tikkonvinċik li ma teżistix, ‘la mafia non eziste’.

Mhux ser infakkar lil Manuel Delia bil-każ ta’ Enzo Tortora, fejn il-ġurnalisti u l-pulizija għamlu kampanja falza kontra tiegħu ġewwa l-Italja. Biss naf li dak li għidt, għidtu għalija, anki jekk ma semmejtnix b’ismi. Ara jien ma niddejjaqx ngħidlek u nsemmik f’ismek. Mela skont int, li tiftaħar li int ġurnalist, ħaddieħor ma jistax jitkellem fuqek, għax meta jitkellmu fuqek isir theddid.

Jekk xi ħadd iħossu offiż fuq dak li nikteb, hemm il-liġi tal-libel. Biss kif jgħidu t-Taljani la verita’ offende u f’dan il-każ ġa smajna ħafna gideb, kanċellazzjoni ta’ provi importanti mill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia u llum tajtek biċċa informazzjoni oħra, dwar x’kien fih, fost ħafna affarijiet oħra l-kompjuter ta’ Daphne Caruana Galizia li ġie imħassar fuq ordni tal-istess familja.

Ħa nfakkar lil Delia kif taħdem il-mafja. Il-mafja taħdem bis-sistema tad-“depistaggio”, jiġifieri billi titfa’ l-indagni off track, tara l-indagni ttawwal għal xejn u dan tagħmlu fost l-oħrajn bit-tħassir tal-evidenza u billi tibni l-evidenza tagħha fuq xhieda falza, kif kienet għamlet fil-każ ta’ Enzo Tortora! U f’dan il-każ il-mafja kienet mgħejjuna minn ġurnalisti mixtrija.

Enzo Tortora

2 comments

  1. Bir ragun il Familja ta Daphne kissret il Laptop min jaf x’kien fih anke kontra il Familja tahha stess,la ghann Justizja tan nejk.

Leave a Reply