It-Times tikkonferma li l-gap bejn iż-żewġ partit hu ta’ ‘l fuq minn 50,000 vot u l-gap bejn iż-żewġ leaders qiegħed ta’ 85,000 vot.

Kemm meta ħareġ is-survey fit-Torċa ta’ Vince Marmara u kemm meta ħareġ is-survey tal-Malta Today, jien għidt li l-gap bejn iż-żewġ partiti tella’ għal fuq minn 50,000 vot. Illum din l-analiżi qed tkun ikkonfermata minn dan is-survey tas-Sunday Times.

Is-Sunday Times għamlet survey indipendenti u dawn wasslu għall-istess konklużjonijiet tal-Malta Today u t-Torċa jekk mhux agħar. B’hekk is-sitwazzjoni hija waħda ta’ ħmar il-lejl għall-Partit Nazzjonalista. Illum il-Partit Nazzjonalsita qiegħed f’sitwazzjoni agħar milli kien qabel. F’dan is-survey, il-gap bejn iż-żewġ leaders huwa ta’ 85000 vot.

Infakkar li meta kien hemm surveys simili, anzi nazzarda ngħid inqas traġiċi, ir-ribelli, immexxija minn Claudette Buttigieg u oħrajn kienu marru għand il-president biex ineħħu lil Adrian Delia minn kap.  Veru li t-“trust”f’Adrian Delia kienet ta’ 11% u Bernard Grech għandu 17%, imma Bernard Grech għandu llum il-Partit Nazzjonalista kollu miegħu. Għandu espert medjatiku li hu mħallas 72000 ewro fis-sena. Fid-deher, ma għandux ribelli jagħmlulu l-bsaten fir-roti. 

Mela waqt li Adrian Delia kellu membri fit-tim tiegħu li jridu jwaqqgħuh – tiftakru lil Therese Comodini Cachia titkellem dwar il-captain tat-team tal-football b’saqajh fil-ġibs u li dan għandu jgħaddi l-faxxa tiegħu lil ħaddieħor -Bernard Grech għandu lil kulħadd miegħu u b’dana kollu għandna dan il-gap kollu. Adrian Delia kellu team sħiħ jagħtih il-ħin kollu l-majnati.

Infakkar li meta kellna l-elezzjoni għall-kap, Bernard Grech kien ġie mpinġi bħala s-salvatur tal-Partit Nazzjonalista. Mat-tesserati, Bernard Grech ġie mpinġi bħal dak il-bniedem li jista’ jrebbaħ lill-Partit Nazzjonalista l-elezzjoni li ġejja.

Infakkar li fi żmien Adrian Delia, ma kienx hemm grey listing . Ma kienx hemm l-arresti ta’ Keith Schembri jew stejjer dwar Rosianne Cutajar. Infakkar li fil-kamp Laburista kellu lil Joseph Muscat li bħalha oratrija u kariżma, huwa ħafna aqwa minn Robert Abela.

Illum, b’dawn l-istejjer kollha u l-Partit Nazzjonalista sejjer għall-ikbar telfa elettorali fl-istorja politika tiegħu.

Mela kif qed nargumenta jien f’dawn il-blogs, il-problema mhux Adrian Delia, imma kienet jew aħjar qegħda x’imkien ieħor.

https://timesofmalta.com/articles/view/labour-leading-pn-by-more-than-50000-votes-survey.888817?fbclid=IwAR2MjdDkoSEEJS5cmKB0AJ3UzivguSkcIj9RIi2L1q4LD_-EpiCwtqpSNRA

One thought on “It-Times tikkonferma li l-gap bejn iż-żewġ partit hu ta’ ‘l fuq minn 50,000 vot u l-gap bejn iż-żewġ leaders qiegħed ta’ 85,000 vot.

Leave a Reply

Your email address will not be published.