Jason Azzopardi ma jindunax li waħda mill-kumpaniji li tat il-liċenzja lura hija tar-raġel tal-Imħallfa Abigail Lofaro

Jason Azzopardi tella’ post biex jgħid li n-nies li minħabba l-grey listing, erba’ kumpaniji taw lura l-liċenzja tagħhom lil MFSA. Waqt li tella’ dan il-post, kiteb hekk:

Fl-aħħar 24 siegħa, 4 licenzji oħra ġew irritornati lura lil MFSA minn funds u ditti kbar ħafna. Bejnithom għexieren ta’ miljuni ta’ euros mitlfua fl-ekonomija tagħna.

Qed taraw kif il-korruzzjoni u l-abbuż tal-liġi għandu prezz fuqna lkoll??

Qed taraw kemm kellu u għandu raġun Bernard Grech isejjah lill-Gvern biex nagħmlu task force nazzjonali ħalli inliggmu flimkien dan l-uġigħ ta’ ras għal tant ħaddiema u professjonisti?

Qed taraw kemm għamel ħazin Robert Abela jinjora sejħa nazzjonali?

Dak li ma qalx Jason Azzopardi li l-ewwel kumpanija li r-ritornat il-liċenzja u li tagħha ġab isimha fl-iscreen shot li ppreżenta hija L&TD Fiduciaries Limited. Din mhix kumpanija barranija. Din hija l-kumpanija ta’ Pierre Lofaro, ir-raġel tal-imħallfa Abigail Lofaro. Abigail Lofaro qed tmexxi l-inkjesta fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia maż-żewġ imħallfin oħra.

Infakkar li L&TD Fiduciaries LTD kienet wara l-kumpanija Green Eyes Ltd li kienet involuta fil-famuż xiri ta’ propjeta ġewwa l-Imdina li għalih tħallas 300,000 euro cash mal-konvenju. Infakkar li meta sar dan il-konvenju Pierre Lofaro kien preżenti. Jien staqsejt u ktibt jekk hux vera li kien Pierre Lofaro li talab lil Yorgen Fenech biex iħallas cash? Ara fuq dan il-punt, l-ebda pulizija jew tar-rule of law ma jridu jinvestigaw. Ara fuq dan il-punt Manuel Delia ma jitkellem xejn.

Għalhekk nistaqsi jekk l-għeluq ta’ din il-kumpanija kellux x’jaqsam ma’ dan il-bejgħ li fih għaddew flus kontanti aktar milli l-allegat korruzzjoni. Fuq kollox, skont il-ġurnali dan il-bejgħ ġewwa l-Imdina kien kollu korruzzjoni.

Mela x’inhi l-vera raġuni għala ġiet magħluqa jew sar surrender of licence ta’ din il-kumpanija ta’ Pierre Lofaro u sieħbu?

One thought on “Jason Azzopardi ma jindunax li waħda mill-kumpaniji li tat il-liċenzja lura hija tar-raġel tal-Imħallfa Abigail Lofaro

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *