Il-ħlas tat-tesseri mar il-baħar fil-Partit Nazzjonalista
Is-sitwazzjoni tat-tesserament tal-Partit Nazzjonalista qiegħda f’sitwazzjoni mwiegħra. Għadhom kif bagħtuli tlett biċċiet informazzjoni. Messaġġi, email u posts fuq facebook dwar is-sitwazzjoni tat-tesserament bħal issa fil-Parti Nazzjonalista. Minn din l-informazzjoni jidher ċar, għallinqas f’Tas-Sliema u Ħaż-Żebbuġ, li s-sitwazzjoni tidher addirettura mbarazzanti. Il-Partit Nazzjonalista jrid jirrealizza li qegħdin fl-Lulju u t-tqassim għadu lura sewwa.
Ħa nibdew nuru xi nformazzjoni li rċevejt mingħand ħbieb tiegħi fuq Tas-Sliema li biex tgħaxxaq kollox, diġa’ għandhom it-tessera mħallsa għal din is-sena. Meta tirċievi messaġġ, neħodha li fir-records ikun imniżżel li għadek ma ħallastx u b’hekk trid tħallas. Dawn il-messaġġi anki ntbagħatu lil nies li ħallsu t-tessera. Mela dawn il-messaġġi diġa’ saru għal xejn u qed isir pagament fil-vojt. Dan kollu għax id-data ma tkunx qed tinżamm tajjeb mill-kumitat indikat. Ħa nġib messaġġ li ntbagħat il-bieraħ t’lura.
“Dear Member, the membership process is still ongoing. We are halfway. Some 700 more remains. To pay yours by REVOLUT or BOV please contact us on 79616986 for details. We appreciate your loyalty and support. PN Sliema”.
Mela l-kumitat ta’ Tas-Sliema qed jgħid li għadhom nofs triq u qed iħajru lill-membri jibagħtu l-flus elettronikament. Dan il-messaġġ li ġej intbagħat darbtejn il-bieraħ:
“Dear Member, the Tesseri process is still ongoing with hundreds remaining. For those unable to pay by mobile we shall be open at the Kazin PN Sliema for collection on Saturday 24 July from 9 to noon. We appreciate your cooperation”.
Mela l-ewwel messaġġ qed jgħid li għad baqa’ mas-700 oħra x’jitqassmu. Jekk lil kull wieħed minn dawn intbagħtlu 3 messaġġi kull wieħed ifisser li bejn il-bieraħ u llum intbagħtu 2,100 messaġġ.
Barra dawn iż-żewġ messaġġi, s-segretarju tal-kumitat ta’ Tas-Sliema, s-Sur John Dougall, bagħat email ukoll. Is-Sur Dougall qed jgħid li fadal mijjiet li għadhom ma tħallsux u qed jammetti li snin oħra, sa Lulju, kienu jkunu tqassmu kollha. Nispera li s-Sur Dougall mhux qed jagħmel paragun mas-sena l-oħra, għax is-sena l-oħra kien hemm l-elezzjoni tal-Kap u kienu mijiet li nqalgħu mill-abbissi biex imorru jħallsu t-tessera ħalli jkunu jistgħu (speċjalment mill-għaxar distrett) jivvutaw kontra Adrian Delia.

Is-segretarju qed ikompli jgħid li barra li offrew l-ħlas bil-mobile, issa se jiftħu l-każin. Il-mistoqsija tiġi waħedha. Peress li dan l-eżerċizzju jsibuh bħala ‘tqassim tat-tesseri’, kif ħadd ma jindenja ruħu jmur iħabbat il-bibien u t-tessera titħallas b’dan il-mod? Għall-inqas qed ġara fuq ir-raba’ distett b’mod partikolari f’Raħal Ġdid.
Donnha se nagħmlu bħal tal-istorja, la l-kumitat ma jridx jmur għand il-muntanja (fid-djar) allura qed jgħidu lill-muntanja tiġi għandu (fil-każin). Biex tħallas lili tiġi int u mhux niġi jien għal flusi.
Sinjuri tal-kumitat ta’ Tas-Sliema, nispera li ma jkunx hemm xi membru tal-kumitat li jitfa’ xi kumment biex iġib l-iskuża tal-Covid-19 li ma tqassmux it-tesseri. Suppost jafu aktar minni li dik l-iskuża ma treġġix għax il-kandidati kollha qed jagħmlu l-house visits. Ġo Raħal Ġdid, min jieħu ħsieb it-tesseri, jġibhom id-dar.
Issa ħalli naraw x’inhu jiġri f’Ħaż-Żebbuġ. Kandidata ġdida fuq is-7 Distrett tellgħet post fuq il-Facebook fejn qalet li marret tgħin lill-kumitat tal-lokal ikomplu jqassmu t-tesseri u fl-istess ħin tiltaqa’ mal-kostitwenti. Mela l-Covid-19, f’Ħaż-Żebbuġ mhux qed toħloq problemi, għax kif qaltilna din il-kandidata ġdida marret iddur. Imma x’inhi l-problema ta’ din is-sena li n-Nazzjonalisti ma jridux iħallsu t-tesseri?

Ir-raġuni hija waħda. Ħafna Nazzjonalisti tbiegħdu mill-Partit tagħhom. Ħafna Nazzjonalisti ma jistgħux jaċċettaw dak li sar lil ex-Kap tal-Partit Adrian Delia u agħar kif qed tmexxi din l-amministrazzjoni l-ġdida. Ħafna Nazzjonalisti ma jistgħux jaċċettaw il-fatt li klikka ta’ deputati kissret dan il-partit glorjuż. Ħafna Nazzjonalisti tant huma ddispjaċuti li ħafna qed jgħidu li m’humiex se jivvutaw u li t-tessera ma tiswilhom għal xejn.
Ħafna Nazzjonalisti ma jridux iħallsu t-tessera għax il-qawwa tat-tessera ma ġietx stmatha mill-partit stess. Ħafna Nazzjonalisti qed jgħidu għalfejn Simon Busuttil tana l-vot tat-tesserati u dawk il-qabda ribelli ma tawx każ il-vot tagħna. Ħafna Nazzjonalisti qed jgħidu l-uniku arma li kellna hija l-użu tat-tessera, użajniha u l-amministrazzjoni u r-ribelli tal-partit ġew altament jitnejku minnha. Oħrajn qed jgħidu li vvutaw għal bidla biex sabu li llum hemm partit li jimpurtah biex minn dawk li huma jqiesu tal-ewwel tier.
Mela ħafna Nazzjonalisti qed jgħidu x’nambieha t-tessera. Il-partit jista’ jżommha t-tessera la l-vot bit-tessera ma tax kasu.
Mhux dawn iż-żewġ kumitati biss għandhom il-problemi. Hemm oħrajn li qed jiffaċċjaw dawn ir-realitajiet. Il-Partit Nazzjonalista tant għamel ħsara lilu nnifsu li jrid ikun miraklu biex jikkonvinċi lin-Nazzjonalisti, nies tiegħu stess, biex jerġgħu lura fil-partit. Tant għaffġu, tant paċċpu fil-vojt, tant għamlu ħsara, tant gidbu fuq sħabhom, tant għajru, tant xerrdu valenu, li llum mhux faċli li ssib Nazzjonalist kuntent b’dak li sar u li għadu qed isir.
Nagħlaq billi nagħmel appell lill-partitarji fuq Tas-Sliema u Ħaż-Żebbuġ biex joħorġu u jmorru jħallsu t-tesseri. Finalment, il-Partit Nazzjonalista huwa tal-partitarji u ma hu tal-ebda klikka.
Il PN fallut ibdew mil gdid ghax mhux se issibu irkaptu.