Tar-Repubblika qed jippruvaw jiktbu l-istorja kif jaqblilhom dwar l-ex-Kummissarju Rizzo

Minn membru tal-Korp

Prosit tal-artiklu dwar l-ex-Kummissarju Joe Rizzo. Barra mill-fatt li stajt żidt li taħtu l-kundizzjonijiet tal-membri tal-korp kienu qishom tat-tielet dinja. Jien membru u naf x’jiġifieri.

Huwa tal-iskantament kif dan sar l-idolu tal-PN. Qabel ma jitkellmu, qed nistieden lil tar-Repubblika jmorru sal-Arkivji Nazzjonali u jiċċekkjaw fejn kien l-eroj tal-PN-Repubblika qabel l-1987. Ma jafux li Rizzo kien jaħdem fil-qrib ħafna tal-ex-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Pullicino? Kien is-segretarju tiegħu. Ara fuq dan il-punt, tar-Repubblika ma jgħidu xejn. Imbagħad ħafna attakki fuq Lawrence Cutajar.

Nixtieq infakkar lil tar-Repubblika li isem Lawrence Cutajar jinsab imsemmi fil-ktieb ta’ Guido de Marco The Politics of Persuasion. F’dan il-ktieb, Lawrence Cutajar jissemma’ b’mod tajjeb minn Guido de Marco. Lawrence Cutajar kien spettur iż-Żejtun f’dawk iż-żminijiet imqallba tat-tranżizzjoni tal-gvern minn wieħed Laburista għal dak Nazzjonalista.

Skont de Marco, Cutajar qagħad ħafna attent li ma jdaħħalx politika. Xi ħaġa bħal din de Marco qed jgħidha u tinsab fil-kapitlu dwar it-tieġ ta’ Karmenu Abdilla fiż-Żejtun, fejn il-kittieb indirettament jirringrazzjah li ma ħalliex iż-Żwieten, ċioe’ lil ċertu Żwieten magħrufin (u mhux ġust li wieħed jitfa’ ħtija fuq in-nies kollha li ġejjin minn din il-lokalita’ daqshekk rikka, huma ta’ liema kulur huma) jagħmlu li jridu.

Imma nsomma, l-establishment qed jipprova, kif jgħidu l-Ingliżi “to rewrite history” jew jerġgħu jiktbu l-istorja.

One comment

Leave a Reply