L-Ingilterra tqiegħed lil Malta ma’ dawk il-pajjiżi li huma “high risk” fil-ħasil tal-flus mit-terrorizmu

It-Times of Malta rrappurtat li l-Ingilterra qegħdet lil Malta ma’ dawk il-pajjiżi li fihom jgħaddi l-ħasil ta’ flus marbut mat-terrorizmu.

https://timesofmalta.com/articles/view/uk-puts-malta-with-high-risk-countries-for-money-laundering-terrorist.888475

Mhux ser nidħol f’dan l-argument, biss jekk hemm belt fejn fiha jgħaddu l-ikbar ħasil ta’ flus, din hija l-belt ta’ Londra.

Biss laqgħatni dan il-kumment li tella’ xi ħadd li ħa pjaċir b’din l-aħbar għaliex ser jintilfu l-impjieġi! Dan hu dak li jfisser jekk l-investiment jitlaq minn Malta.

Jien ma nieħux gost b’aħbar bħal din. Dan ma jfissirx li qed niġġustifika dak li sar fil-passat fil-qasam finanzjarju fejn kien hemm – u nemmen li għad hemm – abbużi kbar. L-abbużi mhux fil-liġi imma f’dawk li jridu jgħassu biex dawn l-abbużi ma jsirux. Ħafna darbi dawn huma neqsin mill-ħaddiema neċessarji. Biss kif jgħid Platun, għax ġa kien ra din il-problema eluf ta’ snin ilu: min ħa jgħasses lill-għassiesa?

Biss l-anqas nieħu gost u nifraħ li ser jitlaq xi investiment u b’hekk jintilfu l-impjiegi. Infakkar li f’dan is-settur hemm jaħdmu kumpaniji li l-kapijiet tagħhom jinsabu fiż-żewġ naħat tal-ispektrum politiku.

One comment

Leave a Reply