Where your opinion counts

Fr. Joe Borg irid idaħħal is-sinjali tal-mistħija għal min ma ħax it-titqiba waqt li jridhom jibqgħu jżommu flushom fil-bank tal-Knisja

Fr. Joe Borg kiteb artiklu fejn fih qed jinstiga biex dawk li ma ħadux it-titqiba jkun ‘ostracized’ jiġifieri ma jitħallux jidħlu f’restaurants etc. Skont hu, dawn għandhom jitħallew jidħlu biss f’dawk il-postijiet li huma essenzjali bħal ħwienet tal-ikel.

Nixtieq nistaqsi lil Fr. Joe Borg, fejn ser idaħħal lil din il-kategorija ta’ nies b’referenza għas-smigħ tal-quddies? Dawn għandhom jitħallew jidħlu l-knisja jew le? Ara fuq dan il-punt ma għidt xejn.

Biss la darba l-Bank tal-Knisja Mqaddsa Kattolika u l-Caritas iridu biss dawk li ħadu t-titqiba jaħdmu magħhom, naħseb li t-tweġiba tiġi waħidha. Mingħajr ma hu qed jgħidha, fil-knisja Maltija għandhom jidħlu biss dawk li ħadu l-injection. Dawk li ma ħadux l-injection ma għadhomx jitħallew jidħlu għaliex jista’ jkun ta’ periklu għall-sħabhom.

Fi kliem ieħor, bl-argument tiegħu stess, Fr. Joe Borg qed jgħid lill-Kattoliċi li l-knisja u l-quddies ma għadhomx essenzjali f’Malta la darba ma kienx kapaċi jidentifikaha mal-bżonnijiet essenzjali! Fuq kollox, nixtieq infakkar lil Fr. Joe Borg, li l-mentor tiegħu, Daphne Caruana Galizia, kienet tirreferi għall-ewkaristija bħala biċċa ħobż! B’dan l-argument żgur li l-knisja u l-quddies ma għandhomx jitqiesu bħala essenzjali aktar.

Infakkar lil Fr. Joe Borg li fl-imgħoddi s-sinjali ta’ rikonoxximent kienu jintużaw mill-Knisja kontra l-Lhud. L-inkwiżizzjoni kienet iġġegħlhom jilbsu stilla fuq sidirhom jew fuq il-kappell fuq rashom. L-istess għamel Hitler lill-Lhud. Riedu jintgħarfu. Fiż-żmien tan-nofs, is-saħħa pubblika kienet mitqiesha bħala waħda spiritwali u aktar milli waħda materjali u fiżika. Biss l-argument baqa’ l-istess. Illum saret aktar materjali u xejn spiritwali.

Biss illum nifhem għala fl-imgħoddi l-Knisja daħħlet f’dawn l-isqaqin tal-mistħija għaliex kellha qassisin u funzjonarji, li jaħsbu bħal Fr. Joe Borg. Dawn huma qassisin li jaħsbu f’termini ta’ eskluzzjoni u mhux inkluzzjoni. Jaraw biss l-għadu potenzjali, aktar milli l-imħabba lejn il-proxxmu. Infakkrek li Kristu ma ddejjaqx imiss lill-imġiddmin, marda li n-nies ta’ żmienu kienu jibżgħu minnha daqs u aktar mill-Covid19. Fl-imgħoddi, dawn it-tipi ta’ qassisin kienu jmexxu l-agenda tas-saħħa spiritwali u l-Lhud kienu t-theddida għall-ispiritwalita’ Nisranija. Bħalhom kien anki jagħmel l-Islam fejn f’mumenti tal-istorja tiegħu, jekk mhux ukoll antiċipa lill-insara, kien iġġiegħel lil dawk mhux Islamiċi biex jilbsu sinjali ħalli jintgħarfu.

Biss l-isbaħ waħda ta’ Fr. Joe Borg hija din. Min jimrad bil-covid19 u jiddaħħal l-isptar u jinsab li mhux imtaqqab, għandu iħallas għall-kura. Dan jaf x’inhu jgħid? L-ewwel, il-Maltin huma sfurzati bil-liġi biex jħallsu l-bolla. Jiġifieri dawn qed iħallsu għall-assikurazzjoni tagħhom f’każ li jiġu bżonn l-isptar. Jekk isir kif qed jgħid Fr. Joe Borg, persuna għandha d-dritt tirrifjuta li tibqa’ tħallas il-bolla għaliex l-istat qed jirrifjuta li jonora dak li ftiehem magħha u qed iġegħlha tħallas għal servizz meta hija ħallset biex jingħatalha b’xejn. Fuq kollox dan l-argument jista’ jintuża kontra kull tip ta’ mard li l-istat jibda jqis li persuna tkun ġabitu fuqha b’idejha bħal kanċer ikkawżat mit-tipjip, etc.

It-tieni, jekk persuna tkun ħadet it-titqibiet kollha u xorta timrad bil-covid19, kif ġara f’każ ta’ ministru, ser jiġri issa? Dan għandu jħallas jew le? U jekk persuna li ma ħaditx it-titqiba tieħu l-Covid19 mingħand persuna vvaċċinat x’ser jagħmel l-istat issa?

Taf x’missu kiteb Fr. Joe Borg jekk l-APS għandux iżomm l-accounts u l-flus ta’ dawk mhux vaċċinati. Ara fuq dan il-punt ma qal xejn. Kieku verament l-APS jemmen f’dak li jgħid u jagħmel kien joħroġ avviż biex lil dawk mhux vaċċinati jgħidilhom li mhux ser jibqa’ joffrilhom servizz u jitlobhom mill-aktar fiss imorru l-bank ħa jagħtihom flushom lura. Ara miżura bħal din il-bank tal-knisja ma jagħmilhiex!

Imbagħad dawn huma n-nies li jridu jippridkaw lill-ħaddieħor dwar id-demokrazija u jridu lil dawk li ma ħadux it-titqiba jingħataw kastig. Fi kliem ieħor, il-messaġġ li qed jibgħat Joe Borg, li min ma ħax it-titqiba ma għadux aktar milqugħ fil-Knisja Kattolika Maltija Rumana, imma jekk għandu flus fil-bank tal-knisja – dak mhux problema għax kif kienu jgħidu l-Latini pecunia non olet jew il-flus ma jintnux.

One thought on “Fr. Joe Borg irid idaħħal is-sinjali tal-mistħija għal min ma ħax it-titqiba waqt li jridhom jibqgħu jżommu flushom fil-bank tal-Knisja

  1. Qassisin bhal dan Joe Borg ma hemmx ghalfejn jitkellmu fuq il-covid biex ibgheduni milli nidhol il-knisja. L’Alla li nemmen fih jien zgur mhux l’Alla taghhom; l’Alla li nemmen fih jien Huwa imhabba bla qies u jilqa Ghandu lil kulhadd, hadtx it-tiliema jew le. Skond dawn il-qassisin, ibda min Joe Borg fost l-ohrajn, Alla taghhom mhu xejn hlief monstru.

    Nistaqsi lil Joe Borg, ser ihallu nies li ma hadux it-tiliema kontra l-covid jidhlu fil-ferghat tal-bank tal-knisja, u ser jibghu isselfu flus lil dawn in-nies?

    Ahjar Joe Birg jitkellem fuq dawk il-qassisin li jisolhu finanzjarjament li xi nies vonerabli ghax issibuhom dajfin, biex taparsi jirrangaw il-knejjes.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *