Il-Partit Nazzjonalista qed jiġi rredikolat fil-fehmiet Bażiċi u statutorji tiegħu.

Blog post mit-Tabib Herman Farrugia

Dan l-aħħar, Il-Partit Nazzjonalista tagħna qiegħed jiġi rredikulat fil-Fehmiet Bażiċi u Statutorji tiegħu. Effettivament jinsab maħnuq, anzi ssekwestrat minn erba’ tipaċċi li jriduha ta’ ‘profetesse’ ultra-liberali li suppost lanqas biss tħallew jirfsu l-għatba tad-Dar Ċentrali. Għax sewwa u xieraq li fiċ-ċirkostanzi elettoralment prekarji tiftaħ beraħ ħalli tilqa’ u tasal tisma’ lil kulħadd. Iżda tabilħaqq kbira li issa opportunistikament sirna l-ifjen vote-buyers. Spiċċajna biex vilment niċħdu l-prinċipji statutorji li suppost erġajna kkonfermajna unanimament fil-Kunsill Generali (ta’ l-illustri Louis Galea) sena ilu, sabiex naslu nakkomodaw anke sa l-aljeni u naħtruhom Presidentessi fl-ogħla organi ta’ strateġija, organizzazzjoni u saħansitra policy shaping.

Biex imbagħad, wara dan l-attentat skiżofreniku kollu, xorta kif aħna sejrin naqgħu koppi mal-elettorat li fil-mument tal-ġudizzju, fil-kabina tal-vot, jeżiġi fuq kollox u qabel xejn, kredibilita’ u trasparenza… anke nasal ngħid, qabel il-geġwiġija, wegħdiet ta’ progetti elettorali effimeri u l-gelgul ta’ traxxix ta’ ġid il-poplu, inkluż vouchers, permessi bla rażan u benefiċċji pre-elettorali oħra li huwa tant hu magħruf għalihom il-Gvern tal-Labour. 

2 comments

  1. QUO VADIS “ VIŻJONI u MISSJONI” Artiklu 2(2,10) tal-ISTATUT GDID FJAMANT TAL-P.N.?

    A)>KWAŻI KULHADD donnu li qieghed issa jiffissa fuq il-Kriterji stabbiliti tal-LISTA l-GRIŻA. Dik tad-Dixxiplina Fiskali li giet issa imposta fuq in-Nazzjon taghna kollu wara tant decennji ta’ abbuż rikorrenti fit-tharis tal-Hlas ta’dak kollu li c-Cittadin Malti/Ghawdxi huwa civikament mistenni li kull Sena jghaddi lil Ćesri (li fil-każ taghna m’huwa hadd hlief l-Istat Malti).

    B)>IMBAGHAD HEMM UKOLL min gustifikatament ghadu jirsisti sabiex kuljum jissielet l-Abbużi li tinkorpora L-LISTA HADRA-KAHLANIJA. Dik tal-Harsien tal-Ambjent, tas-salvatagg tal-Ekosistemi tal-Ibhra u Oceani kif ukoll tat-tgawdija tal-Wirt Storiku Kulturali taghna .Dal-Patrimonju Naturali ghandhom id- Dritt sagrosant li jirtuh bla mittiefes il-generazzjonijiet ta’ warajna.

    C)>IŻDA TABILHAQQ TEŻISTI LISTA KANNELLA-HAMRANIJA li taf tiehu bixra SEWDENIJA ukoll. Din tikkorespondi ghall-‘PRODOTT’ tal-ISKARTAR AWTOIMPOST wara l-iffragmantar tas-sura Naturali ta’ Hlejqa gdida vulnerabbilissima…sottoposta intortament u li tisfa ikkundannata mhux talli BLA HTIJA iżda BLA GHAŻLA u sahansitra BLA EBDA RIKORS GUST ghal APPELL, ghall-HNIENA jew ghall-KLEMENZA.
    U PARADOSSALMENT dan l-IŻNATURAR OXXEN tal-HAJJA UMANA bikrija generalment jinqeda bl-istess passagg strutturali genitali li huwa hu stess mahluq sabiex inissilha u jistabilixxijha .

    D)>DIL-AHHAR LISTA JAPPREZZAHA INERENTEMENT U JITQABAD GHALIHA BIL-QAWWA KOLLHA L-PARTIT NAZZJONALISTA. Almenu din kienet il-Verita’ Sagrosanta minn mindu twaqqaf il-Partit Nazzjonalista u indubbjament issostniet b’ćertu żelu u kuragg sa’ lejn tard is-Sena 2020.
    Din kienet is-Sena li rat tigdid rett. Strutturali, Organizzattiv (anke jekk,kif kont accennajt ma’ Dr Louis Galea personalment, forsi ambizzjuż iżżejjed fejn ghandu x’jaqsam it-Tqassim Amministrattiv Regjonali) kif ukoll it-twaqqif ta’ stil gdid qisu Manwal (bhal ma intelligentement semmiet Dr Roberta Metsola dan l-ahhar) sabiex fil-Partit isehh aktar ordni intern ,strutturat u ddixxiplinat…li kapaci jilqa’ ghall-eżigenzi eżistenzjali tal llum.

    E)>IŻDA L-ISTATUT IL-GDID kif unanimament approvat ma ppermettiex dan l-Avvanż Intern BISS minghajr ma l-Ewwel u Qabel Xejn AMPLIFIKA U KKONSOLIDA L-MISSION STATEMENT LI TIBQA’ ‘R-RAISON D’ÊTRE’ INTRINSIKA fl-Eżistenza u tal-Hidma Politika tieghu. Mela, kif jidher fil-Pagni rilevanti li qieghed nuri hawn taht, il-LISTA KANNELLA-HAMRANIJA kważi SEWDENIJA il-Partit Nazzjonalista MHUX TALLI GHARAFHA, IRRISPETTAHA U HARISHA IŻDA rega’ ghażel ITAMBAR li jaghmilha definittivament tieghu.

    F)>SEN’ILU l-Partit Nazzjonalista unanimament deherlu li ghandu jiddikkjara ruhu u fl-istess hin jiggwida KONTRA l-istil ta’ Agir Egoist li igib mieghu l-Kuncett tal-“GHAŻLA HIELSA” u din BL-ISKUŻA tas-suppost RISPETT GHAD-DRITTIJIET SESSWALI u tas-SAHHA RIPRODUTTIVA tal-MARA MALTIJA. Din l-ahhar LISTA, lewn id-DEMM maghqud sewdieni, il-Partit irnexxielu SAL LLUM isarrafha f’ PRINĆIPJU essenzjali, parti mill-qafas (Dr Louis Galea sejjahlu PERN) tal-VIŻJONI U MISSJONI effettiva tal-Partit Nazzjonalista.
    Issa hawnhekk tajjeb li nemfasizza li t-Terminologija wżata fl-Istatut hija wahda li ma thalli ebda twejqa imbexxka, assolutament ebda lok ghal misinterpretazzjoni jew immanuvrar.
    Il-kelma KONĆEPIMENT hija maghzula distintivament u apposta. Tirreferi inaljenabbilment ghal dak il-mument fatidiku li fih jinghaqdu ż-żewg gameti u ghalhekk l-origini embrijologika tal-Hajja. Kieku l-Istatut tal-Partit ried jiehu bixra kemm kemm anqas rigida jew sahansitra aktar laxka kien ŻGUR jirrikorri ghan-Nom Sitwazzjonali ta’ Bidu tal-GESTAZZJONI/ GRAVIDANZA jew sewwasew TQALA.

    G)>MELA TABILHAQQ kieku kienet intghamlet GHAŻLA ta’ din it-Terminoligija ta’ “TQALA” MINFLOK dik tal-kelma assoluta “KONCEPIMENT” ,l-Istatut il-gdid PN kif approvat kien jevita jigi mgieghel pereżempju jidhol fid-dubju ta’ kontroversji xijentifići li ggib maghha l-aććettazzjoni jew lè tal-użu ta’ tip wiehed spećifiku tal-‘PIRMLA tal-GHODWA ta’ WARA’ (Morning After Pill [MAP]).Din fi ftit kliem bijologijament maghrufa li taf tbiddel is-sura tać-ćelloli tal-‘lining’ intern tal-Guf kif ukoll l-ambjent ormonali tal-madwar sabiex direttament TIKKUMPLIKA / IDDGHAJJEF jew sahansitra TOSTAKOLA / TIMPEDIXXI l-agganćjament/l-Implantazzjoni u allura l-Bidu stess definittiv tat-TQALA.

    H)>QIEGHED NALLUDI GHAL DAT-DETTALL KOLLU ghax kif jidher ćar hawn taht, la l-Partit Nazzjonalista s-sena li ghaddiet ikkonferma solennement il-MISSJONI tieghu kif espressament indikat f’ARTIKLU 2(2) u sahansitra reaććentwat u rinforzat permezz ta’ ARTIKLU 2(10), KULL sieheb/siehba Membru Tesserat huwa mistenni li I/THADDAN il-Principji elenkati fil-Viżjoni Politika tal-Partit Nazzjonalista hekk kif stipulat f’ARTIKLU 4(1b). Mela kemm aktar huwa essenzjali anzi indispensabbli li l-KANDIDATI KOLLHA ANTIKI U DAWK MAHTURA GODDA ,li effettivament FLIMKIEN jikkostitwixxu il-WIĆĆ POPOLARI tal-Partit, KELLHOM JIGU EŻAMINATI/ SKREENJATI/ IVVETTJATI QABEL ma jkunu gew innominati mill-Kummissjoni Kandidati / Kunsill Amministrattiv u eventwalment approvati mill-Kumitat Eżekuttiv.

    I)>MEL’HUWA TABILHAQQ NATURALI U LEGITTIMU li f’GIEH IS-SERJETA’, KREDIBILITA’ U KONSISTENZA STATUTORJA, KULL Kandidat/a ghall-Elezzjoni Generali Hu/Hi min Hu/Hi kellu/kellha bhala parti mill-Proćess ta’ Due-Diligence Personali u tal-Iskrutinju tal-Karattru u dak tal-Imgiba,jigi/tigi mitlub/a j/tiffirma DIKJARAZZJONI UFFICCJALI li ser/sejra timpenja ruhu/ha j/tahdem fl-ambitu u taht il-gwida esklussiva tal-PRINCIPJI tal-Partit kif elenkati ćar daqs il-kristall fit-Tieni Artiklu tal-Istatut “VIŻJONI u MISSJONI”.

Leave a Reply