Il-messaġġ li qed jibgħat il-Partit Nazzjonalista huma li ma għandux bżonn il-voti tan-Nazzjonalisti nfushom

Advertisements

Blog post minn osservatur politiku

Kulħadd għandu moħħ biex jaħseb. Kulħadd jaf li l-Partit Nazzjonalista għadu kif għadda minn elezzjoni nterna li kellha ta’ lanqas żewġ block votes għaddejjin. Kulħadd induna li dawk il-block votes kienu intenzjonati biex jeħilsu minn ċertu nies li huma qrib ta’ deputat u kandidat għall-elezzjoni li ġejja. Dan iż-żewġ block votes saru kontra persuni li donnhom ma humiex mitqiesha aktar Nazzjonalisti. Fuq kollox, donnhom ukoll li l-vot tagħhom ma jiswiex daqs ta’ ħaddieħor.

Il-messaġġ li ħareġ minn l-aħħar elezzjoni nterna huwa ċar. Il-Partit Nazzjonalista ma għandux bżonn il-vot ta’ dawn in-nies partikulari u kull min jaħsibha bħalhom. Peress li l-Partit Nazzjonalista qiegħed fuq quddiem b’eluf kbar ta’ voti jista’ jitkessaħ u jiġi jitmellaħ minn nies li, għalkemm Nazzjonalisti u jixtiequ jivvutaw lill-partit tagħhom, imma tant qed jagħmlulhom u jgħajruhom, li m’humiex iħossuhom komdi jagħmlu dan.

Imma jekk se jibqgħu jibagħtu dawn it-tip ta’ messaġġi inutli Peregin jibda’ jeqred li jrid il-ħsibijiet u l-ideat ta’ kulħadd. Bil-fors ikollok tiġbed l-attenzjoni għal kummenti bħal dawn. Kif tista’ tħalli nies li suppost qed jgħinu lill-Partit Nazzjonalista jingħaqad u jissaħħaħ, jagħmlu block vote fil-grupp tagħhom stess. Flok iħallu lil kulħadd jidħol u jżomm l-argumenti kollha, favur u kontra, bejn l-aħwa Nazzjonalisti, le joħolqu diviżżjoni fi grupp ta’ Nazzjonalisti li jista’ jkollhom ħsibijiet differenti u jistgħu qed jiġu mweġġgħin minn xi attitudni jew azzjoni.

Kif tista’ qatt jgħaddilek minn xi kurutur ta’ moħħok li tikteb xi ħaġa bħal dik, li kitbet Moira Sciberras u dehret il-bieraħ fuq dan il-blog, u tistenna jew tippretendi li xi ħadd ifaħħrek għax qed issaħħaħ lill-partit? Infakkar li dan il-grupp, li jrid iċekki Nazzjonalisti oħra huwa amministrat minbarra Moira Sciberras, flimkien ma’ Neil Caminzuli, Mariam Zammit, Mark Mifsud u Sandra Smart Constantino. Dawn kollha kienu kontra Adrian Delia u wara Bernard Grech!

Aħsbu ftit kif tista’ tapprezza kliem diviżiv bħal dan, meta l-amministraturi ta’ dan il-grupp, qed jistaqsu lill-membri tagħhom stess biex jindikawlhom min jaħsbu li ma għandux jibqa’ f’dan il-grupp? Mela huwa ovvju, li meta kull membru resaq lejn dan il-grupp, l-ewwel raw min hu u x’tendenzi politiċi għandu, biex ikun jista’ jiġi aċċettat. Sa hawn naqbel, jekk l-amministraturi riedu jwasslu informazzjoni lill-partitarji Nazzjonalisti biss.

Imma issa tgħidulix li se terġgħu tagħmlu skrutinju fost il-membri Nazzjonalisti fil-grupp? Jiġifieri l-amministraturi ta’ dan il-grupp qed jgħidu lil Nazzjonalisti bħalhom, li jekk beħsiebek toqgħod tikkritika, tgerger jew ma taqbilx mur ixxejjer għax aħna se nqaċċtuk. Mela dawn l-amministraturi jridu magħhom nies bla moħħ u li ma għandhomx dritt għal opinjoni. Anzi agħar minn hekk, jekk xi ħadd igerger fuq xi ħaġa għax ma jkunx jaqbel magħha, jitfgħuh il-barra mill-grupp.

Ħambaq Dr Grech ħalli tressaq aktar nies lejn il-partit, imbagħad tinduna li għandek nies prominenti mdawrin miegħek, li lesti joħolqu gruppi, imma bil-kundizzjoni li jgħidu biss jisimgħu ‘yes sir, yes sir’.

Kif qatt xi darba jista’ jieħu r-ruħ il-Partit Nazzjonalista!