Il-kuntrattur Għawdxi Joe Portelli jżur id-Dar Ċentrali u jiltaqa’ ma’ Bernard Grech
Wara xhur sħaħ li matulhom l-Partit Nazzjonalista attakka bla ħniena lill-kuntrattur Għawdxi Joe Portelli minħabba l-isfreġi li qed jagħmel f’Għawdex, issa ġie milqugħ ġewwa id-Dar Ċentrali. Ħa ngħiduha. Ma daħalx bħala kuntrattur imma bħala l-President tal-Ħamrun Spartans. Saħansitra, Bernard Grech ingħata flokk tal-Ħamrun Spartans b’ismu fuqu.

Ninsab żgur li Bernard Grech jaf li barra minn Malta ħarġu ħafna rapporti fejn l-isports qed jintuża fuq livell dinji min-nies tal-business għall-ħasil ta’ flus. Allura ma jistaqsi xejn dwar dan Bernard Grech? X’ser jagħmel issa Christian Peregin li xeba’ jitkellem u jinsisti fuq l-onesta fil-politika? Dwar dan ser jibqa’ b’ħalqu magħluq?
Alla ħares din saret fi żmien Adrian Delia, għax kieku għandha editorjal ta’ The Times. L-Arċisqof Scicluna ġa tella’ tweet biex juri d-disapprovazzjoni tiegħu u l-ġurnal elettroniku Newsbook ilu jgħid dan l-ikbar skandlu politiku għaliex Adrian Delia ltaqa’ ma’ kuntrattur li hemm suspett fuqu li kien f’attivita’ kummerċjali ta’ tixħim ma’ Yorgen Fenech. Fr. Joe Borg ilu jistaqsi fejn marret il-kredibilita’ tal-PN. Xi ngħidu għal tar-Repubblika? Dawn kieku ġa ħarġu stqarrija ta’ kundanna u ma ngħidu xejn dwar Malta Today u Lovin Malta. Imma issa kulħadd b’ħalqu magħluq.
Biex nagħlaq qed inġib kumment li sar bl-Ingliż minn Rachel Williams. Din għandha raġun fuq dak li qed tgħid lil Bernard Grech dwar dan il-fatt, jiġifieri li għandu jistħi b’li għamel.

He done even wonders in concrete Towers.