Ħaqqu l-folka!

Ftit tal-jiem ilu, kellna l-każ fil-qorti fejn persuna kienet akkużata li wżat kliem dispreġġjattiv lejn Karol Aquilina. Mhux biss qaltlu ħaqqu l-folka, imma qaltlu wkoll li jorbtuh u jdaħħlu l-labar. Naħseb li din il-persuna tiddeletta bil-voodoo.

Mhux ser nidħol f’dan il-każ per se anki jekk nemmen li qatt ma kellu jispiċċa l-qorti. Biss fil-Malti għandha l-epressjoni “ħaqqu l-folka” u din tintuża għal minn jagħmel xi ħaġa ħażina. Jiena, li trabbejt Raħal Ġdid, kont nismagħha ta’ spiss fi tfuliti speċjalment mingħand ix-xjuħ li kienu jiftakru l-użu tal-folka f’Malta. Fuq kollox, it-tgħalliq tal-iġġustizzjati kien isir f’Raħal Ġdid.

Biss l-iskop ta’ dan l-artiklu huwa ieħor. Persuna li tikteb fil-Kotra tellgħet post fejn fih qalet jew talbet għat-tgħallieq ta’ dawk li skont hija huma korrotti. Dan huwa l-post li kitbet.

Mhux ser ngħid li għandha tkun pproċessata fil-qorti? Dażgur li le. Qed inġibu biss biex nuri li l-politiċi jridu jieqfu jġibu ruħhom qieshom “snowflakes”.

https://www.independent.com.mt/articles/2021-07-09/local-news/Karol-Aquilina-forgives-man-who-said-PN-MP-should-be-hanged-6736235071

Leave a Reply