Storja ta’ razzizmu li daħal fiha d-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar

Il-bieraħ, id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar daħal f’kontroversja minħabba kumment li għamel fuq dak li ġara f’Għawdex. Dan il-kumment kien relatat ma’ storja ppubblikata fil-Malta Independent dwar Somolu li ġie msawwat f’Għawdex. Din l-istorja kienet irrappurtat fil-Malta Independent u l-kumment ta’ Kevin Cutajar kienu kif ġej:

Nixtieq hawn infakkar li waħda mill-ikbar rewwixti li seħħew fil-Partit Nazzjonalista kienet minħabba dan l-istess Kevin Cutajar. Din ir-rewwixta kienet marbuta mar-reżenja ta’ David Stellini mill-Parlament. Simon Busuttil u Chris Said u sħabhom riedu li Kevin Cutajar jidħol bilfors fil-parliament minflok David Stellini. Peress li Stellini kien tela’ fuq it-tlettax-il distrett b’bye-election, ir-reżenja tiegħu kienet tfisser li jrid ikun hemm co-option. David Stellini kien irreżenja mill-parlament għax kien sab xogħol fi Brussels.

Issa minn jieħu post ta’ deputat permezz ta’ co-option fil-Partit Nazzjonalista jiddeċidi l-esekuttiv. Dan in-nhar kien ittieħed vot u dan kien rebħu Jean Pierre Debono bi ftit voti.

Mark Anthony Sammut kien il-President tal-esekuttiv f’dik il-ħabta. Allura kellu ir-responsabbiltà li jara li dawk li jivvutaw ikollhom kellhom il-vot. Qed ngħid dan għaliex fl-esekuttiv hemm membri li huma biss osservaturi. Ġara li Mark Anthony Sammut ma għamilx xogħlu sew. B’hekk minħabba fih, inqala’ ħafna nkwiet għal tal-apposta biex tittappan it-tmexxija ta’ Adrian Delia.

Dak in-nhar l-esekuttiv kellu żewġ kandidati quddiem biex jagħżel lil min jibgħat fil-Parlament: Kevin Cutajar u Jean Pierre Debono. L-esekuttiv kien ivvota u għażel lil Jean Pierre Debono biex jidħol fil-parlament. Mark Anthony Sammut kien mar fil-media jgħid li l-elezzjoni tal-esekuttiv kienet nulla għax tnejn min-nies li ma kellhomx vot, ivvutaw xorta waħda. Dawn kienu assumew li dawn ivvutaw kontra Kevin Cutajar. Issa jekk hemm persuna li jrid jara li dan ma jsirx dan, jiġifieri li persuni li ma għandhomx vot jivvutaw, huwa l-President tal-Esekuttiv, jiġifieri l-istess Mark Anthony Sammut.

Dawk li ntqal li vvutaw mingħajr ma kellhom dritt kienu t-teżorier David Camilleri u David Stellini innifsu. It-teżorier fil-Partit Nazzjonalista ma għandux vot fuq l-esekuttiv. Min-naħa tiegħu, David Stellini kien tilfu dan id-dritt minħabba li kien għadu kif irreżenja mill-parlament u allura tilef il-vot tiegħu fuq l-esekuttiv.

Dak in-nhar il-klikka kienet assumiet li David Stellini kien ivvota kontra sieħbu l-Għawdxi. David Stellini kien baqa’ imbellaħ kif żebilħuh. Min-naħa tiegħu, David Camilleri kien irreżenja minn teżorier u mill-esekuttiv u ħalla lill-partit bla teżorier għal sentejn għax ħadd ma ried jieħu dan il-post.

Jean Pierre Debono reġa’ ċeda is-siġġu għat-tieni darba. L-ewwel darba kien ċedih lil Adrian Delia biex daħal fil-Parlament.

Kevin Cutajar flimkien ma’ sħabu tal-establishment sabbtu saqajhom u ħadu dak li riedu. Illum, il-perċess ta’ din il-balbuljata kollha qiegħed President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.

Minn dakinhar, il-Partit Nazzjonalista ma ħax ruħ. Illum, dan il-membru Parlamentari Għawdxi li riedu l-establishment, qed ikun mitqies li qed jiġġustifika lil xi nies li sawtu bniedem Somalu għax Afrikan u mhux Għawdxi!

Il-post tneħħa jew aħjar ngħidu li qalulu biex ineħħih minħabba l-kontroversa li qala’. Mhux ser nitlob jew inġib l-argument li għandu jirreżenja minnufih għax qed jiġġustika r-razziżmu, anki jekk personalment ma naqbilx li hu argument razzista u l-anqas qed ifittex li jiġġustifika l-vjolenza, biss naħseb li Kevin Cutajar pprova juri t-tenzjonijiet li kulturi diversi qed joħolqu f’Għawdex u dan s-Somalu spiċċa vittma tagħhom.

Biss ma nistax ma ninnutax li dan jagħmel parti minn grupp li fuq l-iċken tentufa jitlob ir-reżenja ta’ xi deputat tan-naħa l-oħra u ma jiddejqux jgħajru lill-ħaddieħor Faxxist u razzist – anki meta ma jkunx – u mbagħad dan l-istess grupp jibqa’ b’ħalqu magħluq fuq din l-istorja.

Leave a Reply