Melvin Theuma jgħid fil-qorti li ma jaf xejn dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia!

Illum kellna l-qorti fejn tela’ jixhed Melvin Theuma. Meta mistoqsi mill-ispettur Joseph Mercieca (ma għandux jitħalla mal-avukat Charles Mercieca) taħt ġurament, Theuma qal li ma jaf xejn dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia! Imbagħad milli jidher speċifika, imma mhux ċar, li dan kien qed jgħid kien dwar l-involviment ta’ Vince Muscat. Kif jista’ jkun li middleman, ma jafx xejn dwar persuna li ammettit li kienet waħda mill-esekuturi ta’ dan il-qtil? Mela x’middleman hu dan?

Issa qed tindunaw għala jien qed nikkritika u nistaqsi fuq dan il-każ. Infakkar li l-familja Caruana Galizia u l-avukati tagħhom qatt ma wrew tħassib fil-proklama li ngħata dan ir-raġel li ilu jinqabad iwaħħad u jigdeb fix-xhieda tiegħu tgħidx kemm.

Fuq kollox, Melvin Theuma qal li ma jaf xejn dwar il-‘heist’ fuq HSBC u l-konnessjoni ta’ Vince Muscat ma’ din is-serqa jew mas-serqa li saret fil-Casino di Venezia.

Dak ħareġ ta’ interess illum fil-qorti huwa l-fatt li Melvin Theuma kera flat lil Darren Debono, magħruf bħala t-Topo. Jista’ jgħidilna Melvin Theuma mnejn ġab dawn il-flus biex jixtri dan il-flat u bini ieħor?

Verament, li l-kriminali llum saru l-allat ta’ dawk li jiftaħru bir-rule of law.

Nixtieq nistaqsi jekk dan hux każ fejn Melvin Theuma sarx Manuel ta’ Fawlty Towers jew inkella dan hux każ ta’ riportaġġ ħażin tat-Times.

One comment

Leave a Reply