Where your opinion counts

Il-Partit Nazzjonalista jkompli bil-moħbi iqaċċat partitarji l-barra

Qed inġib post mtella’ minn Moira Sciberras li hija l-factotum ta’ Bernard Grech u ninsab ċert li mhux ser tagħmel xi ħaġa li ma jkollhix l-approvazzjoni, diretta jew indiretta tiegħu. F’dan il-post Moira Sciberras qed tħeġġeġ biex tingħata informazzjoni ta’ dawk in-Nazzjonalisti li huma mitqiesha bħala li mhux ta’ Bernard Grech ħalli jitkeċċew jew jitqaċċtu l-barra mill-grupp Bidla għal Malta.

Mela, min-naħa għandna lil Bernard Grech u Christian Peregin jgħidu lil dawk mweġġa’ biex jinsew kollox u jingħaqdu wara l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech. Imbagħad bil-moħbi, il-kapurjuni ta’ Bernard Grech nnifsu jmexxu kampanja ta’ eskluzzjoni kontra dawk in-Nazzjonalisti li jqiesuhom li mhumiex tal-fazzjoni tagħhom u jridu jqaċċtuhom il-barra.

Dan huwa l-mod kif ser iġib il-biddla fil-pajjiż il-Partit Nazzjonalista taħt Bernard Grech, billi, kif qallu xi ħadd, jaħseb li qiegħed fil-Korea ta’ Fuq!

Andrew Bundy ġustament tella’ post fejn qal li waqt li fil-pubbliku, Bernard Grech u sħabu jitkellmu għall-għaqda, fil-privat jaħdmu fuq il-firda u l-eskluzzjoni.

Ningħaqad ma’ Andrew Bundy u ngħid lil Moira Sciberras – Prosit tassew. Komplu kissru l-Partit Nazzjonalista aktar milli hu mkisser.

One thought on “Il-Partit Nazzjonalista jkompli bil-moħbi iqaċċat partitarji l-barra

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *