David J. Borda jallega li fi żmien Adrian Delia kien hemm min ħa 90K fis-sena imma ma jagħtix ismijiet

David J. Borda, supporter kbir ta’ Bernard Grech, allega li fi żmien Adrian Delia kien hemm persuna fil-Partit Nazzjonalista li kellha salarju ta’ 90K fis-sena.

U kompla żied li b’kollox kien hemm erba’ li bejnithom kienu qed jieħdu salarju ta’ 290K fis-sena mill-Partit Nazzjonalista u dan dejjem fi żmien Adrian Delia.

Biss meta sfidat biex jagħti l-ismijiet ta’ dawn il-persuni, qal li bagħathom privatament f’ messaġġ lil Sandra Ann Buhagiar.

Peress li din l-akkuża qed issir fil-pubbliku u hija serja ħafna, jien qed nagħti spazju lis-Sur David J. Borda biex jgħid min huma dawk l-erba’ persuni li fi żmien Adrian Delia kienu qed jitħallsu bejnithom is-salarju ta’ 290K mill-Partit Nazzjonalista?

Jekk ma jagħmilx hekk ikun ifisser li din hija qlajja oħra li saret fuq Adrian Delia minn dawk li llum qegħdin wara t-tmexxija li hemm fil-Partit Nazzjonalista.

One comment

Leave a Reply