Where your opinion counts

Alan Abela-Wadge u l-ajjutant ta’ David Casa jissapportjaw id-deKristinizzazzjoni tal-Partit Nazzjonalista

L-ajjutant ta’ David Casa, Nicky Azzopardi, għamel share ta’ post li ttellajt jien fejn iddifendejt id-dritt sagrosant ta’ deputat Nazzjonalista li juri l-kurċifiss f’ritratti politiċi tiegħu.

F’dan is-sit kont tellajt storja li tikkonċerna lil Alessandro Farrugia, Direttur Kommunikazzjoni. Dan ċempel deputat Nazzjonalista u nsista miegħu li ma jridx jara kurċifissi f’immaġni politika tiegħu.

Nicky Azzopardi pprova jwaqqa’ din l-istorja għaċ-ċajt. Il-post hu miktub b’Malti tajjeb li mhux il-Malti li ssoltu juża Azzopardi. Dan juri li hemm persuna warajh u dan jagħmel din l-istorja aktar interessanti. Fi kliem ieħor, dan il-post jikkonferma strateġija minn sezzjoni fil-Partit Nazzjonalsita li trid akkost ta’ kollox tiddekristjanizza lill-Partit Nazzjonalista. Dan hu proċess li beda fl-Ewropa tal-Punent u l-Amerika. Dan imur oltre mill-proċess ta’ sekularizzazzjoni jew ta’ separazzjoni bejn Knisja u stat. Dan hu proċess li jrid jwassal biex anki kull immagni reliġjuża ma għandix tkun murija fil-ħajja politika u pubblika.

Nicky Azzopardi pprova jwaqqa’ ddifiza tad-dritt li wieħed juri l-kurċifiss fil-pubbliku għaċ-ċajt. Issa Nicky Azzopardi huwa l-ajjutant ta’ David Casa u b’hekk kull ma jikteb u jagħmel, hemm l-approvazzjoni ta’ Casa nnifsu. Il-kumment ta’ Nicky Azzopardi sab l-appoġġ ta’ Alan Abela-Wedge. Il-mod kif irrisponda Alan Abela-Wadge juri ċar li hu wieħed min dawk li qiegħed f’din il-klikka li trid tmexxi politika fejn il-Partit Nazzjonalista jitlef ir-ruħ nisranija li fasslitu.

Infakkar li nies bħal Alan Abela-Wedge u Nicky Azzopardi għandhom illum is-support tal-media Kattolika tal-Knisja Maltija! Għaliex iddefendejt l-użu u l-immaġni tal-kurċifiss, Alan Abela-Wedge għajjarni li għandi “baked beans for brains”, jiġifieri għandi moħħ ta’ tiġieġa. Immaġinaw kienu minflok din il-frazi qalha hu, għidtha jien u lil min għidtha kien xi persuna ta’ kulur iswed. Ara kieku kemm Alan Abela-Wadge u Nicky Azzopardi kienu għajtu li jien razzist u Faxxista u li għandi nitkeċċa mill-universita’! Imma li l-istess frażi tingħad min-nies bħal Abela-Wedge li jaħseb li għandu moħħ superjuri għax ħa t-training politiku tiegħu fiċ-Ċina Kommunista, fejn simboli reliġjużi huma pprojbiti u jistgħu jintwerew biss bil-permess tal-Gvern Kommjunista’ issir frażi tal-eżaltazzjoni tal-kobor tal-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech.

Fuq kollox, nixtieq infakkar li Alan Abela-Wedge jiġi r-raġel ta’ Tiffany Abela-Wadge, l-ex-kandidat fil-Partit Nazzjonalista li trid iddaħħal l-abort f’Malta. X’ma jitkellimx u jgħajjar moħħ ta’ tiġieġa lil dawk li qed jiddefendu d-dritt ta’ politiku li juri l-kurċifiss! Infakkru lil Alan Abela-Wedge li akkademiku li ġġieled id-dritt li l-kurċifiss ikun muri fil-pubbliku kien Olivier Friggieri għax kien ġa ra dawn l-affarijiet ġejjin fil-Partit Nazzjonalista. Issa nħalli lill-qarrejja jiġġudikaw min għandu moħħ ta’ tiġieġa jew le.

Biss taf fejn qiegħed il-moħħ ta’ tiġieġa sur nutar Abela-Wedge? Il-moħħ ta’ tiġieġa qiegħed f’min neħħa lill-mara tiegħek minn kandidat għaliex xi ħadd minn sħabek ma riedx li tkun fuq l-istess distrett miegħu! Waqt li jien ma naqbilx mal-abort, ma nistax nifhem kif kien hemm żewġ kandidati nisa li huma pro-choice bil-miftuħ. Waħda qed tiġi mbuttata mill-Partit Nazzjonalista u l-oħra le. Qaddisi jgħidli, jew kulħadd jew ħadd!

Infakkarek li meta l-mara tiegħek qalet li mhux ser toħroġ bħala kandidat mal-Partit Nazzjonalista kompliet tgħid li hemm eluf li qed jaħsbuha bħala, jiġifieri jħossuhom mdejqa mill-politika ta’ negattivita’ li għadu qed jadotta dan il-partit billi l-ħin kollu jmaqdar u ma jaqbel qatt ma dak li qed jagħmel il-gvern. Mela r-reazzjoni tiegħek u ta’ sieħbek Nicky għal din l-istorja mhux waħda ta’ negattivita’ u ta’ tmaqdir? Intom parti minn sezzjoni fil-Partit Nazzjonalista li qed tibbaża l-poltika tagħha fuq il-mibgħeda lejn dak kollu li hu Kristjan.

Nifhem li ħadd ma hu perfett. Illum nifhem għala l-Oppożizzjoni, anki wara ttibdil tal-kap, ma qed tkun effettiva xejn. Nies bħalkom waħħaltu f’Adrian Delia għas-sitwazzjoni li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista, meta intom il-problema f’dan il-partit. Biss jekk taħsbu li bil-posts tagħkom ser nagħlaq ħalqi ser jgħarralkom. Malta mhix l-Albanija ta’ Enver Hoxha jew iċ-Ċina Kommunista kif tridu ġġibuha intom.

Jien ser nibqa’ nitkellem fuq il-vizzjoni tiegħi u mhux ser nagħmel l-ebda pass lura. Dawn l-attakki mhux ser ibeżżgħuni milli nibqa’ nitkellem fuq dak li nixtieq. Anżi ser nibqa’ nitkellem f’dan il-forum u nieħu gost u nirringrazzjakom talli tagħmlu share tal-posts li ntella’.

One thought on “Alan Abela-Wadge u l-ajjutant ta’ David Casa jissapportjaw id-deKristinizzazzjoni tal-Partit Nazzjonalista

Leave a Reply to qurdina Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *