Żewġ Kunsilliera jilmetaw li ħadulhom il-vot għaliex m’humiex tal-establishment

Christian Peregin tella’ post biex jitlob għall-għaqda fil-Partit Nazzjonalista. Kitbu bl-Ingliż. Irrepeta dak li Bernard Grech qed jgħid bil-Malti – jiġifieri li kien kien u li sar sar.

Biss jew Bernard Grech ma jafx x’inhu jiġri fil-partit tiegħu stess jew inkella qed ikun ipokrita. Naħseb aktar hu l-każ tal-ewwel milli tat-tieni. Għaliex qed ngħid hekk? Għaliex il-kliem iqanqal imma l-eżempju ikaxkar. Mela waqt li l-Messija l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista, Christian Peregin, qed jgħid lin-Nazzjonalisti biex jikkontribwixxu, lil Laburisti biex jiġu miegħu fil-Partit Nazzjonalisti, u dawk li sofrew xi inġustizzji mill-Partit Nazzjonalista jinsew kollox u jingħaqdu, il-kapurjuni ta’ Bernard Grech qed ikompli l-esklużjoni u t-tkeċċija ta’ partitarji minn kunsilliera għaliex m’humiex tal-establishment.

Qed nipproduċi żewġ messaġġi li tellgħu żewġ ex-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista tellgħu fuq Facebook. Dawn ma jappartjenux lill-fazzjoni ta’ Bernard Grech. X’ġara? Il-kumitat sezzjonali li jappartjenu għalih neħħilhom il-vot. B’hekk ma setgħux jivvutaw fil-Kunsill Ġenerali. Fuq kollox, dawn it-tnejn qed jgħidu li mhux biss ħadulhom il-vot, imma l-anqas qalulhom li ma kienux aktar kunsilliera. Daqshekk hija kbira l-għajta ta’ inklużjoni fil-Partit Nazzjonalista. Dan wassal biex dawn ma setgħux jivvutaw fl-aħħar elezzjoni li saret tal-esekuttiv fil-Partit Nazzjonalsita.

Leave a Reply