Solidarjeta’ ma’ Peter Gatt li tkeċċa mill-MCAST għax ikkritika l-amministrazzjoni tal-Kulleġġ

Dr. Peter Gatt tkeċċa minn xogħlu fl-MCAST. Peter Gatt hu ġeologu bħala professjoni. Hu kien kritiku ħafna ta’ numru ta’ proġetti mnieda minn dan il-gvern. Biss jidher li t-tkeċċija tiegħu ġiet imħabba li ġibed l-attenzjoni u kien kritiku mal-awtoritajiet tal-MCAST fuq numru ta’ korsijiet li qed jagħtu li Gatt iħoss li ma humiex tal-livell akkademiku mistħoqq. Minflok qalulu grazzi tal-kritika tiegħek għaliex din żgur tgħin biex il-kulleġġ jikbre, l-ewwel warrbuh billi ma taħx studenti u wara saħansitra keċċuh.

Biss persuna ma għandhiex titkeċċa minn xogħolha għax tikkritika Gvern jew lil xi kulleġġ. Ġa jekk tikkritika gvern jew lis-superjuri tiegħek, iċ-ċans tiegħek għall-promotions u biex tavvanza jonqsu sew u dawn seħħew u qed iseħħu taħt din l-amministrazzjoni u anki f’dawk ta’ qabel. Imma li saħansitra jiġi tterminat l-impjieg tiegħek żgur li mhux aċċettabbli.

Qed inġib li l-artiklu li deher ta’ din l-istorja f’The Times. Is-solidarjeta’ tiegħi ma’ Dr. Peter Gatt.

https://timesofmalta.com/articles/view/mcast-lecturer-resorts-to-court-to-fight-his-vindictive-termination.887386?fbclid=IwAR2jm0Go2rV88bTqe5DuXcnmihjjlXNBwISpOYk2YYKcIQ-eZKfZgw70t-s

Leave a Reply

Your email address will not be published.