Illum il-qorti reġjonali f’San Ġwann kienet magħluqa

Blog post minn persuna li mar it-tribunal reġjonali għal xejn.

Irċevejt din in-nota, ftit umoristika minn persuna li kellu jieħu ġurnata leave mix-xogħol minħabba li ġie mgħajjat biex jidher quddiem il-qorti reġjonali f’San Ġwann wara li qala’ ċitazzjoni. Dan mar il-qorti u sab li kienet magħluqa. Din il-persuna kitbitli hekk:

Mela ħadt ftit jiem leave biex ingawdi il familja Qiegħed btala f’Għawdex kelli ninżel Malta għaliex kelli seduta fil-qorti reġjonali ġewwa San Ġwann minħabba ċitazzjoni li qlajt. Swietni €16 u tliet siegħat biex ninżel u nerġa nitla’.

Biss biex nattendi din is-seduta kelli nixtri libsa intira (illum ngħidulha suit) ġdida għax tqawwejt xi ftit u dik li kelli kienet tiġini żgħira. Din swietli €60.

F’temperatura ta’ 40 grad lanqas il-president ma ħaqqu joħroġ bis-suit u l-ingravata. Imma l-qorti trid tkun rispetta.

Imma peress li l-aħħar darba li mort it-tribunal blajt ċitazzjoni għax sibt fejn nipparkja f‘post għal siegħa u dewmuni sagħtejn, din id-darba ddeċidejt li nipparkja l-bogħod u mbagħad nieħu taxi u din swietni €20 biex ħaditni mill-parking u lura.

Għamilt dan kollu għaliex nemmen fil-ġustizzja.

Wasalt it-tribunal lokali u ssibu magħluq. U nsib dawn iż-żewġ noti mal-bieb.

Fi kliem ieħor qed jgħidlek excuse us for any inconvenience caused.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *