Ara fuq l-inġustizzja li qed issir kontra Tarcisio Mifsud minħabba l-famuż skandlu taż-żejt, tar-Repubblika ma jgħidu xejn

Qed inġib post li tella’ ċertu David Borg dwar storja li dehret il-bieraħ fil-Malta Today rigward il-famuż skandlu taż-żejt. Sal-lum wieħed mill-akkużati, Tarcisio Mifsud, bir-raġun qed jitlob lill-qorti ddeċidi fuq il-każ tiegħu. Biss il-każ tiegħu ma jistax jingħalaq peress li l-pulizija qed tgħid li trid ittella’ aktar xhieda u x-xhieda li trid ittella’ l-pulizija ma jridux jixhdu peress li huma qed ikunu aniki akkużati f’dan il-każ kriminali u b’hekk għandhom id-dritt li ma jixhdux. B’hekk Tarcisju Mifsud baqa’ fil-limbu. Insiru nafu wkoll li wieħed mill-akkużati, li hemm marbut ma’ dan l-iskandlu, illum leħaq miet.

Fil-verita’, l-avukat ġenerali u l-prosekuzzjoni qed jimxu mal-kodiċi kriminali f’dan il-każ. L-għarukaza hi li għandna Kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja li waħda mill-funzjonijiet tagħha hi li tippreżenta proposti għar-riforma fil-liġijiet u rrendiet ruħha tajba biss biex ssawwat l-avukati u l-ġudikatura. Ara fuq dan il-punt, tar-Repubblika ma jgħidu xejn.

Dwar dan tellgħet kumment l-avukata Anna Mallia li hu kif ġej:

Min-naħa tiegħu, David Borg tkellem hekk:

One thought on “Ara fuq l-inġustizzja li qed issir kontra Tarcisio Mifsud minħabba l-famuż skandlu taż-żejt, tar-Repubblika ma jgħidu xejn

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *