X’ser isir minnha ruħ il-PN bi Christian Peregin?

Blog post minn osservatur politiku

Bernard Grech iddeċida li l-kampanja elettorali tiegħu u tal-Partit Nazzjonalista jafda f’idejn Christian Peregin, ġurnalist tat-Times ta’ żmien Adrian Hillman, u wara CEO ta’ Lovin Malta. Il-mistoqsijiet lil Dr, Bernard Grech jiġu waħedhom. Bi Christian Peregin liema direzzjoni se jaqbad il-Partit Nazzjonalista?

Peress li Peregin huwa persuna ultra-liberali, inti Dr Grech se tibda’ toqgħod fuq it-twemmin tiegħu u tispiċċa twassal lil-Partit Nazzjonalista għall-politika ultra-liberali ukoll? X’se jsir minnha r-ruħ tal-Partit Nazzjonalista li hija tant importanti għall-votant Nazzjonalist?

Ħalli niftakru x’għamel dan il-ġurnalist matul dawn l-aħħar żminijiet u naraw kif se jaffettwaw lill-Partit Nazzjonalista. X’se jsir minnha l-kawża kostituzzjonali li Peregin fetaħ kontra Net TV? Dr Grech wasalt f’xi ftehim miegħu qabel ma kkonkludejtu dan l-arranġament? Kif se tispiċċa din il-kawża?

Naħseb li aħna li se nkunu qed inħallsu l-paga ta’ dan l-istrateġista għandna nkunu nafu x’kondizzjonijiet hemm marbuta ma’ Peregin. Se jippubblika ċ-chats kollha li kellu ma’ Joseph Muscat u ma’ Kurt Farrugia? Jekk trid tkun emmnut Dr Grech u jekk trid li din id-deċiżżjoni tiegħek tkun milqugħha tajjeb, ma taħsibx li dan għandu jiftaħ idejh u jippubblika kull ma kellu li kien importanti għal pajjiżna u li allura jistgħu jgħinu lill-Partit Nazzjonalista?

Forsi Peregin jgħidilna ukoll kemm kien jieħu f’riklami mingħand il-gvern biex jimbotta l-aġenda ta’ Joseph Muscat? Għax dak iż-żmien anke Simon Busuttil talab lil Peregin jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista biex jgħinu jiġġieled il-korruzzjoni, imma Peregin għazel li jibqa’ jiddefendi lil Joseph Muscat. Mela filli jiddefendi lill-Gvern ta’ Muscat u filli se joħroġ bi strateġija biex jattakka lill-gvern ta’ Abela. Jgħid x’jgħid dawn xorta jibqgħu gvernijiet Laburisti li nafu żgur li min wieħed minnhom qala’ pataflun flus.

Issa li se jkun fil-Partit Nazzjonalista, se jirtira l-kalunji li kiteb kontra Adrian Delia u se jieqaf jikteb pubblikament li Delia għandu jitkeċċa mill-Partit Nazzjonalista? Dr Grech, din hija deċiżżjoni li trid tieħu. Jew li tordnalu jirtiera kollox u jieqaf jattakka lil wieħed mid-deputati tiegħek, jew dawk li għadhom iħossuhom komdi ma’ Dr Delia se jibdew jattakkkaw lilek.

Mhux talli trid trażżan lil dan il-ġurnalist minn ilsienu u kitbitu, imma talli trid turi fil-miftuħ kif qed tagħmel dan, biex forsi jibdew jemmnu dak li tgħid. Jista’ qabel jibda din l-avventura tiegħu mal-Partit Nazzjonalista jgħidilna Peregin jekk hux se jkompli jaħdem favur l-abort? Issa li ngħaqad ma’ partit li fit-twemmin tiegħu hu favur il-ħajja mill-konċepiment, x’se tkun il-pożizzjoni tiegħu fuq dan is-suġġett tant delikat?

Dan se jibda’ jaħdem minn ġewwa l-Partit Nazzjonalista biex l-ideat liberali jsiru parti mit-twemmin ta’ dan il-Partit Demakratiku Kristjan? Jista’ Peregin jgħidilna hux se jdur favur il-kaċċa u allura favur il-kaċċaturi? Peregin se jibqa’ jwebbes rasu fuq dan is-suġġett u flok jibdel il-ħsieb hu, jipprova jikkonvinċi lill-amministrazzjoni tal-partit biex anke huma jduru kontra l-kaċċa? Kulħadd jaf li l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista hija favur il-kaċċa. Mela tajjeb inkunu nafu fejn se jpoġġi rasu u ħsibijietu dan Peregin.

Naħseb li Alessandro Farrugia se jħossu komdu jaħdem ma Peregin, meta nafu li dan Alessandro anke jdejqu kurċifiss f’ritratt ta’ deputat. Issa li se jingħaqad Peregin se nibdew nisimgħu iżjed minn dawn it-telefonati jew ordnijiet? Wisq nibża li din il-mossa ta’ Bernard Grech hi bħal dik ta’ Simon meta għamel koalizzjoni ma’ Marlene u Godfrey Farrugia. Kulħadd jaf li ħadu żewġ siggijiet lill-Partit Nazzjonalista u wara telqu għal rashom. Peregin mhux differenti, għax min ibandal il-principji bħal pendlu ma tafx fejn int miegħu.

One thought on “X’ser isir minnha ruħ il-PN bi Christian Peregin?

  1. B.Grech: ‘It’s an intersection of ideas that makes PN learn how to compromise & move forward.’ (T.oM.17/July/21)
    But how may PN hope to generate the capacity to compromise if it has itself already been fundamentally compromised ?

    Mela jekk il-PN b’ ta’ Fehmiet Bażici u bi Principji Sodi li sawru spićća safa’ umiljat darbtejn mill-Elettorat, KIF ser tixprunah ‘l Quddiem illum b’GELGUL IDEJAT kontrastanti u GEGWIGIJA KOMPROMESSI madwar PRINĆIPJI FUNDAMENTALI li suppost ghadhom jiggwidawk u juruk it-Triq ?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *