Peregin x’qed jiddefendi: lill-Partit Nazzjonalista jew is-salarju tiegħu?

Christian Peregin kiteb artiklu f’The Times u mbagħad tella’ tweet b’dan l-artiklu fejn qal li n-Nazzjonalisti u l-poplu għandu jieqaf isawwat lill-Partit Nazzjonalista għall-iżballji tal-imgħoddi. Il-mistoqsija tiġi waħidha.

Għaliex dan il-kliem ma ntqalx meta kien hemm kap Adrian Delia? Kemm kien jissawwat il-Partit Nazzjonalista dak inhar, inkluż mill-istess Christian Peregin! Għala issa, il-Partit Nazzjonalista m’għandux jiġi msawwat?

In-nies fil-Partit Nazzjonalista baqgħu l-istess. Id-differenza li hemm bejn żmien Adrian Delia u dan iż-żmien ta’ Bernard Grech hija waħda. Illum hemm Christian Peregin jaħdem ma’ dan il-partit u huwa mħallas salarju tad-deheb.

Għalhekk il-mistoqsija tiġi waħidha. Hija din il-vera raġuni għala ma għandux jibqa’ jiġi msawwat il-Partit Nazzjonalista? Peregin x’int eżatt tiddefendi? Lill-Partit Nazzjonalista jew is-salarju li tawk?

Jekk qed taħseb li għax gejt inti fil-Partit Nazzjonalista, “you are going to start calling the shots”, jew kulħadd jobdik insiha. Jekk taħseb li għax kemm Jason Azzopardi u David Thake għamlu retweet ta’ dan il-post għandek il-Partitarji Nazzjonalisti kollha warajk insiha.

Il-Politika ma taħdimx hekk. Partit mhux xi kumpanija jew azjenda fejn kulħadd irid jobdi lill-imgħallem. Fil-Partit Nazzjonalista, il-bażi ma titmexxix bħan-nagħaġ ta’ Bendu. Il-bażi għandha moħħ biex taħseb. Partit Politiku jitmexxa bil-perswazzjoni politika u bit-tmexxija ta’ ħsieb politiku ċar u maqgħud.

2 thoughts on “Peregin x’qed jiddefendi: lill-Partit Nazzjonalista jew is-salarju tiegħu?

  1. Jien ukoll inżerta ghandi ruxmata anedotti fl-istil ‘tal-PARKER’ li kkapitalizza fuqu l-Istrategist ingenjuż illustri l-gdid li ghadu kif suppost ‘qaleb’ u akkwista ‘imprezzabbilment’ ghalih il-P.N.
    Bosta minnhom jirrigwardaw Pazjenti Nazzjonalisti Anzjani kif ukoll Self-Employed inkluż PARRUKKIER familja ta’6. Tant ihambquli!> ‘ANQAS PN/BG ma jinqeda u jhewden bil-kontroll tal-CoVid19, AKTAR iżid koćć Kredibilita’,Fidućja u forsi Appogg’

Leave a Reply

Your email address will not be published.