Ikkonfermat dak li ppubblikajt il-bieraħ dwar is-salarju ta’ Peregin
X’ser jgħid Salvu Mallia għal din l-aħbar fl-gazzetta Illum? Ser jgħid li Albert Gauci Cunningham qed ikeskes? Infakkar li l-bieraħ ħriġt bl-aħbar ta’ kemm ser ikun is-salarju ta’ Christian Peregin.
Meta jien nippubblika stejjer fuq Peregin, jien niġi mgħajjar li qed inkeskes u meta l-istess aħbar tkun ippubblikata warajja, tkun imsejħa ġurnaliżmu nvestigattiv li qiegħed jinforma lill-poplu Malti!
Jekk il-PN ser jibqa’ b’din l-attitudni u b’dawn in-nies jitkellmu għalih, ma għandux ċans jerbaħ l-ebda elezzjoni.
