Alessandro Farrugia: full-time student l-universita’ u full-timer mal-Partit Nazzjonalista

Blog post minn osservatur politiku

Il-Partit Nazzjonalista spiċċa jissusidja lil wieħed mill-ġenerali tiegħu, Alessandro Farrugia. Dan il-ġeneral li hu nkarigat mill-media tal-Partit, qed jagħmel il-kors tal-liġi FULL TIME fl-Universita’ ta’ Malta. Dan huwa l-bniedem li jiddeċiedi min jidher waqt xi press conference, min jidher fuq in-NET TV jew min jinstema’ fuq ir-radju tal-partit. Dan huwa dak il-bniedem li qed jagħmel preferenzi koroh bejn il-kandidati tal-elezzjoni ġenerali li ġejja. Dan huwa wkoll dak il-bniedem li jindaħal lill-edituri kif għandha titqassam il-gazzetta u li jordna li Bernard Grech irid jidher kuljum fuq il-faċċata tal-gazzetti n-Nazzjon jew il-Mument. Dan huwa l-istess bniedem li jindaħal lill-ġurnalisti tal-media tal-Partit Nazzjonalista.

Dejjem osservajt, għax dejjem kelli ċertu kurżita, x’ikun qed jagħmel Alessandro Farrugia, għax kważi kull darba li tgħaddi quddiem l-uffiċċju tiegħu, tarah bl-earphones jew headphones ma’ widnejh, jisma’ u attent għal dak li jkun għaddej. Mingħajr ebda dubju llum nista’ nikkonferma li kien ikun qed jattendi online għal-lezzjonijiet tal-liġi mal-lecturers tal-Universita’. Issa li kkonfermajt li hu full time student, din hija konklużżjoni ċara.

Għaliex ebda lecturer ma hu se joqgħod jagħmel u jispostja l-ħinijiet tal-lecture tiegħu għall-kumdita ta’ Alessando Farrugia. Mela huwa ovvju li dan, fil-ħin li kien jagħmel id-Dar Ċentrali, kien ukoll iqatta’ ħafna ħin online biex ikun jista’ jisma’ u jsegwi l-lectures neċessarji biex jgħaddi mill-eżamijiet relatati. Nafu wkoll li kull student universitarju jrid jgħaddi ħin twil jirriċerka, speċjalment meta jkun hemm l-assignments. Kull student irid ukoll jiddedika ħin, li mhux ftit, biex jistudja u jipprepara ruħu. Allura bilfors ikolli nikkonkludi li l-Partit Nazzjonalista qed jagħmillu tajjeb anke għal dan il-ħin preżżjuż għalih.

Tajjeb hekk, jaħdem fulltime mal-Partit u qed jattendi studju neċessarju full-time biex ikun jista’ jilħaq avukat. Niftakar, u naħseb li għadhom jagħmluha, pulizija li jkunu jidhru nklinati u lesti li jistudjaw, kien jisponsorjahom il-korp, biex isiru avukati għas-servizz tal-istess korp. Issa mid-dehra anke l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel l-istess. Kemm jien sfurtunat ma sibt il-ħadd jimpjegani u jħallasni għal fulltime job u nistudja biex insir avukat fl-istess ħin. Imbagħad il-mazzun Nazzjonalist jiġi mitlub joffri flusu għall-Partit f’xi maratona. Kemm qiegħdin sewwa hux? F’hiex sab ruħu dan il-partit? Jiena ma niftakar qatt li smajt jew kelli konoxxenza ta’ xi ħadd li qatt ħadem mal-Partit Nazzjonalista u kien sponsorjat biex jistudja.

Ħa nistaqsi lil Kap, Dr Bernard Grech u lill-ex-Segretarju Ġenerali, Francis Zammit Dimech, jekk jafux b’din is-sitwazzjoni? Qed nistaqsi formalment għal dikjarazzjoni uffiċjali għall-istampa kollha biex jgħidulna l-verita’ kollha fuq din il-ħaġa. Bi dritt aħna t-tesserati u s-sostenituri tal-Partit Nazzjonalista għandna dritt inkunu nafu x’qed jiġri.

Ħa nfakkar li Alessandro Farrugia huwa Direttur, wieħed minn dawk magħżula jekk mhux imponut, li għandu madwaru Dr Bernard Grech. Dan huwa wieħed minn numru mdaqqas ta’ Diretturi (Ġenerali) li nafu li qed jitħallas fuq €50,000 fis-sena. Jiġifieri mhumiex karigi volontarji jew imħallsin b’paga bħal ma għandhom impjegati fl-istess Partit Nazzjonalista. Għax dan qiegħed viċin Dr Grech, f’pożizzjoni bħal ta’ person of trust li għandhom madwarhom il-ministri, mhux talli jimponi idejh fuq kull ma jsir fil-media tal-partit imma talli qed juża ħafna ħin imħallas mill-Partit biex javanza fuq livell personali.

Ħaġa oħra li rridu nkunu nafu hija, jekk jeżistix kuntratt bejn il-Partit Nazzjonalista u l-istudent għal dan is-sussidju, li qed jingħata mpjegat tal-Partit Nazzjonalista li qed jagħmel kors fulltime l-Universita’. Kull meta student, sponsorjat mill-Gvern jew xi kumpanija oħra, jistudja f’xi Universita’ kemm f’Malta kif ukoll barra, jiffirma kuntratt fejn fih ikun hemm miktub, li l-istudent jiġi marbut permezz tal-kuntratt, li jagħti numru ta’ snin servizz lil l-istess gvern jew kumpanija, li tkun sponsorjat lill-istudent. Il-Partit Nazzjonalista dejjem u kontinwament jitlob trasparenza mill-Gvern. Aħna tesserati u sostenituri qed nitolbu trasparenza mill-Partit Nazzjonalista. Mela, f’ġieħ it-trasparenza, rridu naraw il-kuntratt li suppost hemm bejn il-Partit Nazzjonalista u Alessandro Farrugia.

2 comments

  1. Dan l-osservatur kodard li jibza juri ismu, xhinhi affari tieghu ? Jekk hu “osservatur politku” nahseb li ghandu fejn ihares u “josserva” fil-p\rtit fil gvern- nahseb li hemm hafna affarijiet li jista josserva dan l-osservatur politiku. Il partit fil gvern jista jipprovdi hjafna aktar materjal mil-Partit Nazzjonalista.Forsi jisthi jghid, fan l-osservatur politiku” li mhu xejn izjed min xihadd imhallas mil-Partit Laburista. Dawk ghandhom hafna flus u nahseb li l-osservatur politiku, hu wiehed min dawn.

Leave a Reply