Moira Sciberras tikkonferma dak li ktibt il-bieraħ dwar dak li ġara waqt l-elezzjoni tal-esekuttiv

Wara li jien ippubblikajt storja fejn għidt li l-bieraħ, Emily Garcia, użat il-pożizzjoni tagħha biex tmexxi block vote li għaddej għal dawn l-elezzjoni tal-esekuttiv, Moira Sciberras tellgħet post fejn ikkonferma dak li jien ktibt il-bieraħ dwar Emily Sciberras u Marisa Vella Fonde. Fi kliem ieħor, dak li ktibt huwa minnu. Sciberras kompliet tikkonferma li hemm l-block vote kontra numru ta’ kandidati għal dan l-esekuttiv fosthom Dr. Joe Giglio u Dr. Roselyn Borg Knight.

Minflok ikkundanat dan il-block vote, kif għandu jkun, ħalli l-kunsilliera jkollhom għażla ħielsa, Moira Sciberras tellgħet post biex tiġġustifikah u tispekula min seta’ għaddieli din l-informazzjoni. Mingħajr ma ndunat, b’li għamlet ikkonfermat li verament Emily Garcia nqabdet fil-fatt tmexxi dan il-block vote waqt li kienet qed tqassam il-voti.

Fuq kollox, Moira Sciberras tammetti li qed tiskala t-tenzjoni fil-Partit Nazzjonali. Skużi Moira Sciberras, ta’ min hu t-tort? Dan il-block vote mhux attakk kontra persuni li jridu jgħenu lill-Partit Nazzjonalista? Infakkrek li dan il-block vote huwa mmexxi mill-amministrazzjoni nnifisha u min qed imexxih qed jieħu salarju tad-deheb, imħallas minna t-tesserati fil-Partit Nazzjonalista.

Jekk il-Partit Nazzjonalista ma jridx dawn l-istejjer, għandu jara li jmexxi l-affarijiet sew u fuq kollox din l-elezzjoni għandha titmexxew sew u bil-fair.

One comment

Leave a Reply