L-għajta hija li Christian Peregin ingħata pakkett ta’ 72000 Euro fis-sena

Kemm qed jitħallas Christian Peregin mill-Partit Nazzjonalista? Din hija l-mistoqsija li ħafna li jaħdmu fid-Dar Centrali qed jistaqsu. One News ġa rrapportat inkwiet li nqala’ mal-ħaddiema mal-media tal-Partit Nazzjonalista minħabba din l-għażla. U din l-aħbar hija minnha. Kontra dak li qed jingħad fuq Facebook, l-għażla ta’ Christian Peregin, biex imexxi l-kampanja elettorali, ġabet inkwiet aktar mill-entużjazmu fil-Partit Nazzjonalista. Dan is-sit jista’ jkompli jikkonferma li ġabet aktar taħwid u firda kemm fil-grupp parlamentari, imma anki fl-istrutturi interni tal-istess Partit Nazzjonalista. Dan l-inkwiet kompla jikber u deher anki ċar fil-pubbliku fil-kummenti li saru min xi wħud li kkummentaw taħt l-istorja li jien ippubblikajt dwar Alessandro Farrugia li qed jitħallas salarju ta’ bejn 50 u 60 elf euro fis-sena. Sal-lum ma kienx hemm ċaħda ta’ din l-istorja.

Nista’ nikkonferma li bħalissa l-għajdut huwa li s-salarju li ser jingħata Christian Peregin huwa aktar għoli minn dak li ngħata lil Alessandro Farrugia. L-għajta fid-Dar Ċentrali hija li Christian Peregin ser inkun qed jitħallas 6000 euro fix-xahar. Fis-sena, dawn jagħmlu 72,000 Euro. Jien smajt din iċ-ċifra mingħand tliet persuni differenti kollha ħaddiema fid-Dar Ċentrali.

B’hekk permezz ta’ dan is-sit, qed nagħmel mistoqsija pubblika, bħala persuna ttesserata tal-Partit Nazzjonalista u nistaqsi lil Dr Bernard Grech biex jikkonferma jew jiċħad dan l-għajdut? Fil-każ li mhux minnu, f’ġieh it-trasparenza, li tant jipprietka dwarha il-Partit Nazzjonalista, aħna t-tesserati għandna dritt inkunu nafu kemm hu s-salarju ta’ Christian Peregin.

Mhux ser nistaqsi lil Peregin kemm hu s-salarju tiegħu għas-sempliċi raġuni li nemmen li l-Partit Nazzjonalista għandu jagħti rendikont ta’ kemm qed iħallas u ħadd aktar. Fuq kollox, imkien ma ntqal li Christian Peregin ġej jagħti l-kontribut tiegħu b’xejn. Qatt ma kien hemm ċaħda li hu ser jitħallas mill-Partit Nazzjonalista. Mela, jekk dan li qed jingħad bħalissa fid-Dar Ċentrali huwa minnu, il-Partit Nazzjonalista jrid jagħti rendikont ta’ kemm hu s-salarju ta’ Peregin. Finalment, is-salarju tiegħu ser ikun imħallas mis-sostenituri tal-istess Partit Nazzjonalista.

Nispera li jafu minn fejn ser iġibu dawn il-flejjes għas-salarju ta’ Peregin (irrispettivament minn kemm hu) għax qed nieħu l-impressjoni li f’dawn l-aħħar xhur, minn meta ħa t-tmun Bernard Grech, il-problema tal-flus sparixxiet anki jekk fil-verita’ d-dejn tal-PN kompla jisplodi ‘l fuq.

Tidher li taħt Bernard Grech, “money no problem”, għeżiż Nazzjonalisti, qed issir problema kbira. Biss dwar dan nikteb f’artiklu ieħor. Issa ftakru li meta jagħmlu xi maratona daħħlu jdejkom fil-but ħalli tħallsu s-salarju ta’ persuna li ftaħar li vvota għal Joseph Muscat.

2 comments

  1. Hemm bżonn li jiġi emendat l-Istatut tal-PN biex kull salarju, mill-kbir sa l-iżgħar persuna li tirċievi kull tip ta’ ħlas mill-PN. Jekk dan ma ssirx allura hemm bżonn li tittieħed azzjoni biex dawn l-iskandli jispiċċaw darba għal dejjem. Jekk hemm bħonn anke nwaqqfu d-donazzjonijiet tagħna waqt il-maratoni futuri.

Leave a Reply