Aktar fuq il-block vote li hu għaddej fl-elezzjoni tal-esekuttiv tal-PN

Waqt l-elezzjoni tal-PN, dawk risponsabbli min-naħa tal-partit għal dawn l-elezzjonijiet bdew jitolbu lil dawk li jivvutaw biex jivvutaw għal sitta biss. Dan saħansitra ġie anki miktub fl-istruzzjonijiet li bdew jitqassmu mal-kunsilliera biex jgħidulhom kif jivvutaw.

Fil-verita’, is-sistema li l-Partit Nazzjonalista juża għal dawn l-elezzjonijiet hija dik li wieħed jista’ jivvota sa sitta u mhux għal sitta. X’inhi d-differenza?

Fil-kuntest ta’ din l-elezzjoni tal-esekuttiv, din tfisser li persuna tista’ tivvota sa sitta u mhux bilfors trid tivvota għal sitta, jiġifieri kunsilliera jistgħu jagħtu vot wieħed biss jew inqas minn sitta u mhux bil-fors jivvotaw għal sitt kandidati kif qed jiġu mitluba li jagħmlu.

F’kelma waħda, grazzi għal użu tal-prepożizzjoni “għal” flok “sa”, dak li jkun qed ikun obbligat li jivvota għal sitt kandidati.

X’ġara l-bieraħ? Mela b’mod uffiċjali, bdew jgħidulhom biex jivvutaw għal sitta u mhux sa sitta. Mela l-istruzzjoni mogħtija mill-kummissjoni elettorali biex jivvutaw għal sitta hija marbuta u fuq l-istess linja tal-block vote li qed jitmexxa f’din l-elezzjoni. Dan il-block vote ġie orġanizzat kontra numru ta’ kandidati, fosthom Joe Giglio u anki Roselyn Borg Knight.

Leave a Reply