ACs tad-Dar Ċentrali kważi kollha mitfija waqt l-elezzjoni tal-esekuttiv

Tiftakru fi żmien Adrian Delia, x’pandemonju kien inqala’ għaliex waqt l-elezzjoni tal-kap, meta kien allegat, anki jekk mhux vera, il-lifts tad-Dar Ċentrali ma kienux jaħdmu. Din l-allegazzjoni kienet saret minn Miriam Zammit, mara minn Għawdxija u persuna ta’ Chris Said. Saħansitra kienet tellgħet post biex tgħid f’liema stat spiċċa l-Partit Nazzjonalista għax il-lifts ma kienux jaħdmu u għaliex il-ħaddiema tnaqqistilhom il-paga. Issa kollox jidher mixi fuq ir-rubini.

Ftit tal-jiem ilu, Miriam Zammit kienet saħansitra mistiedna biex tiftaħ il-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali li saret f’Għawdex.

Biss il-bieraħ, il-Ġimgħa, bdiet il-votazzjoni għall-esekuttiv fid-Dar Ċentrali. L-ACs kważi kollha ma kienux jaħdmu jew mitfija. Imm’alla hemm Bernard Grech għax ibqgħu żgur li kieku din il-ħaġa seħħet fi żmien Adrian Delia, il-ġurnali tal-lum bl-Ingliż u l-portal tal-knisja kienu jiftħu jew itellgħu din l-aħbar prinċipali fuq il-pagni ta’ quddiem tagħhom.

Imma kif jgħidu l-Latini. TEMPORA MUTANTUR, NOS ET MUTAMUR IN ILLIS. Jew iż-żminijiet jinbidlu u aħna ninbidlu magħhom. La darba Adrian Delia mhux kap, ma jippurtax li l-ACs mhux jaħdmu! Issa ż-żminijiet inbidlu.

Jien kont qed nimmaġina li issa hemm ħafna flus ladarba Bernard Grech daħħal lil Christian Peregin jaħdem fid-Dar Ċentrali u kont nistenna li l-air conditions kienu ser ikunu kollha mixgħula f’din is-saħħa kollha li għandna f’dawn il-jiem, la darba l-flus ma għadhomx problema.

One comment

Leave a Reply