Titkeċċa Emily Garcia u Vella Fonde: inqabbdu jmexxu l-block vote waqt l-elezzjoni tal-esekuttiv

Il-kampanja ta’ block votes kompliet waqt l-elezzjoni li għaddejja bħalissa għall-esekuttiv. Waħda li kienet fuq id-desk, titlob l-ID cards u tqassam il-voti, Emily Garcia qalet lil xi ħadd biex jiftakar f’dawk is-sitta, waqt li tagħtu l-karta tal-vot. Din kienet referenza diretta għas-sitta ta’ Bernard Grech li qed jitmexxa block vote favurihom biex jitilgħu fl-esekuttiv tal-Partit Nazzjonlista.

Emily Garcia mhux l-unika waħda li waqt l-għadd tal-voti kienet qed tmexxi l-block vote favur il-kandidati li Bernard Grech u l-klikka jridu li jitilgħu fuq l-esekuttiv. Oħra li nqabbdet tmexxi il-block vote favur dawn is-sitta hija Vella Fonde. Hu mifhum li dawn tneħħew mill-kummissjoni elettorali.

One comment

Leave a Reply