Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech jistħi juri l-kurċifiss

Illum il-Partit Nazzjonalista spiċċa jistħi juri l-kurċifiss fir-ritratti tiegħu. Nixtieq nistaqsi pubblikament lil Bernard Grech, bħala ex-kelliem ta’ Kana u l-midluk tal-knisja kattolika Maltija jekk hux veru li Alessandro Farrugia ma jħossux komdu jew aħjar idejqu jara kurċifissi f’ritratti tad-deputati Nazzjonalisti? Veru li Alessandro Farrugia, li jieħu ħsieb il-media tal-Partit Nazzjonalista, ċempel wieħed mid-deputati tal-partit għaliex dan tella’ ritratt u fih kien jidher il-kurċifiss? Veru li Alessandro Farrugia qallu li meta jtella’ xi ritratt tiegħu, joqgħod attent li ma jġibx fl-istess ritratt il-kurċifiss jidher?

Ara fejn wasal il-Partit Kristjan Nazzjonalista! Lanqas jitwemmnu u lanqas tipprova taħseb kif se jiġu rrovinati l-prinċipji u l-valuri tal-Partit Nazzjonalista. Għal ġieħna din il-ġgajta anti-Kristjana u anti-Kattolika kellha warajha l-media tal-Knisja Maltija! Nispera li l-arċisqof issa kuntent li knisja Maltija wżat il-media tagħha biex ġie mbuttat mexxej Nazzjonalista li d-direttur tal-kommunikazzjoni hu ispirat minn dak il-proċess li llum jissejjaħ dekristjanizzazzjoni, jiġifieri t-tneħħija ta’ dak li jista’ jassoċja persuna mal-identita’ kristjana tant li ċempel deputat talli ġab jidher fir-ritratt tiegħu l-kurċifiss u talbu li darba oħra, meta jieħu ritratti, ma jġibx il-kurċifiss jidher!

Leave a Reply