Fr. David Muscat jirrabja talli Peregin għajjar in-Nazzjonalisti tal-qalba fossili

Fr. David Muscat ġej minn familja Nazzjonalista mill-Mosta. Missieru kien il-barman tal-Każin Nazzjonalista ta’ din l-lokalita’ fl-agħar żmien tal-Partit Nazzjonalista. Biss huwa bniedem li ma jibdilx l-argument. Għalih Alla jiġi l-ewwel u qabel kollox u qabel kull partit politiku. Bħala qassis sewwa jagħmel. L-anqas jibdel il-prinċipji tiegħu. Ikun min ikun hemm fil-politika u jibqa’ jżomm mal-prinċipji tiegħu. U ta’ dan nammirah.

Bir-raġun huwa jħossu offiż bl-għażla ta’ Peregin biex imexxi l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista. Iħossu aktar offiż b’dak li qal Peregin dwar in-Nazzjonalista tal-qalba għax sejħilhom fossili. Din l-għażla ta’ Peregin ħa tkompli tirvilla lill-bażi tal-Partit Nazzjonalista kontra l-istess partit. Ġa numru ta’ Nazzjonalisti, li dejjem immilitaw fil-partit ġew imwarrba għal kollox mill-istess partit. Issa ser ikunu mitluba biex joħorġu l-flus biex iżommu jaħdem mal-Partit Nazzjonalista bniedem, li ħadem biex jitla’ Joseph Muscat fil-poter li l-istess Partit Nazzjonalista iqisu bħala l-aktar politiku korrott fl-istorja tal-pajjiżna.

Dan wassal għal din ir-reazzjoni minn Fr. David Muscat. Fr. David Muscat fakkar li Peregin ħeġġeġ lin-nies biex jivvutaw għal Joseph Muscat. Minflok irringrazzja lil dawk in-nies li, lil Joseph Muscat qatt ma vvutawlu, Peregin spiċċa jgħajjarhom fossili! Dik strateġija brillanti tal-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *