Where your opinion counts

Alessandro Farrugia għandu salarju bejn 50 u 60K. Kemm hu s-salarju ta’ Peregin?

Dan is-sit jista’ jikkonferma b’ċertezza li d-direttur tal-kommunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, Alessandro Farrugia, għandu salarju ta’ bejn 50,000 jew 60,000 euro fis-sena. Biss ħadd ma jaf eżatt u b’mod preċiż kemm hu s-salarju tiegħu.

Infakkar li Alessandro Farrugia ddaħħal fil-Partit Nazzjonalista, fil-pożizzjoni ta’ direttur minn Bernard Grech wara li kien ħadimlu l-kampanja elettorali tiegħu.

Issa sirna nafu li ddaħħlet persuna oħra fil-Partit Nazzjonalista li ser tkun fuq Alessandro Farrugia. Alessandro Farrugia bħal issa hu direttur tal-kommunikazzjoni. Din il-persuna l-ġdida ser ikun qed imexxi l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista. Hawn qed nirreferi għal Christian Peregin. B’hekk il-mistoqsija tiġi waħidha. Kemm ser ikun is-salarju ta’ Christian Peregin?

F’dan il-kuntest wieħed irid jistaqsi jekk l-esekuttiv iddiskutiex l-impieg ta’ Christian Peregin jew dan ġie imponut fuqhom? Il-membri tal-esekuttiv preżenti jafu x’paga se jieħu dan ir-raġel li telaq pożizzjoni ta’ CEO, li kif jgħid hu kienet qed tirrendi tajjeb? Dan l-ammont tal-paga tiegħu mill-Partit Nazzjonalista, ġie kkonfermat mill-esekuttiv jew ġie deċiż minn Bernard Grech u l-ġenerali ta’ madwaru?

One thought on “Alessandro Farrugia għandu salarju bejn 50 u 60K. Kemm hu s-salarju ta’ Peregin?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *