Where your opinion counts

X’inhu għaddej fil-kumitat sezzjonali ta’ Tas-Sliema?

Blog minn osservatur politiku

Fil-kampanja tiegħu biex ikun elett fuq il-kumitat sezzjonali ta’ Tas-Sliema in-nutar Vassallo Agius  kien mexxa dawn it-tliet pożizzjonijiet biex isib postu f’dan il-kumitat sezzjonali ta’ din il-lokalita’. L-ewwel punt tiegħu u li kien tellgħu fuq Facebook kien

“kumitat immexxi minni ġab żgħażagħ lejn il-Partit Nazzjonalista Sliema”.

It-tieni punt li kien tella’ kien dan:

“I am a candidate to continue the work done over the past two years: Taking decisions, getting results”.

Illum li spiċċa minn president tal-Kumitat Sezzjonali nixtieq nistaqsi kemm dan l-ex-President ġab żagħżagħ apparti ibnu jew bintu lejn il-kumitat ta’ Tas-Sliema? Din tista’ tkun waħda mir-raġunijiet għaliex meta wasal iż-żmien u l-Partit qallu biex jagħtih l-ismijiet biex iressquhom lejn l-esekuttiv, in-Nutar ma kellux x’jagħtihom ħlief membri tal-familja.

Niġi issa għat-tieni punt. Jista’ jgħidilna bħala President x’deċiżżjonijiet ħa għal ġid tal-partit issa li rreżenja? Infakkar li fl-aħħar ġurnata tal-kampanja tiegħu biex jitla’ fil-kumitat ta’ Tas-Sliema, dan kiteb hekk, ‘Ser nagħmel stqarrija dalwaqt”. Dan kienet it-tielet post li tella’. Din l-imbierka stqarrija qatt ma saret. Jista’ jgħidilna għaliex ma saritx u jgħidlna wkoll x’kien se jgħid f’dik l-istqarrija?

Forsi issa wasal iż-żmien biex jespjega għemilu lil kulħadd. Ħalli naraw x’ma għamilx dan l-ex-President fil-lokalita’ tiegħu li forsi issa, għax lejlet Kunsill Ġenerali, ġew lura fuqu u qed jinkwitawh.

Għax ma staqsiex biex il-kandidati li rtiraw il-kandidatura tagħhom lejlet l-elezzjoni tal-kumitat sezzjonali, jkomplu jaħdmu fil-kumitat bħala membri co-opted? Għaliex lil dawn l-istess ex-kandidati ma tahomx vot fil-Kunsill Ġenerali minn Tas-Sliema? Anzi lesta’ l-lista malajr hu u forsi xi ħadd ieħor, viċin tiegħu, u bellagħha lill-kumitat kollu mingħajr diskussjoni, ħalli jkun żgur li lill-dawn id-9 kandidati li rtiraw il-kandidatura tagħhom, wara tgħajjir u block vote minnu u minn sħabu, li ma jkollhomx vot fil-Kunsill Ġenerali?

Jista’ jkun li dawn l-ex-kandidati qed joħolqu ftit chaos fil-partit minħabba li ninsabu lejlet Kunsill Ġenerali, u hemm il-votazzjoni l-Ġimgħa u s-Sibt li ġej. Min-naħa tiegħu kellu jibla’ r-responsabilita’ kollha hu. La rreżenja nistgħu noħduha li veru kien responsabbli hu.

Din hija konferma kemm il-kumitat ta’ Tas-Sliema, immexxi min-Nutar Vassallo Agius kien hemm biss biex jitlob il-voti kontra Adrian Delia. L-istess kumitat kien qed imexxi l-kampanja tal-kap f’isem Bernard Grech ġewwa Tas-Sliema. Il-membri kważi kollha tal-kumitat kienu qiegħdin bil-qiegħda jippreżentaw lil Bernard Grech waqt il-votazzjoni fl-elezzjoni tal-kap. Għandhom kull dritt.

Biss illum li l-kandidat tagħhom qiegħed kap u m’għandhux ikollhom inkwiet anżi għandhom kollox favur tagħhom. Mela għalfejn il-membri jispiċċaw f’kull laqgħa jiġġieldu bejniethom, u saħansitra jkellmu ħażin lil xulxin?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *