Where your opinion counts

Wara li ħadem favur Joseph Muscat u kontra Adrian Delia ser imexxi l-kampanja elettorali ta’ Bernard Grech

Newsbook ħarġet l-aħbar li Christian Peregin ser imexxi l-kampanja elettorali ta’ Bernard Grech.


Wara ftit li ħarġet din l-aħbar jitla’ artiku fuq Lovin Malta fejn iħabbar li Christian Peregrin qed jirreżenja mill-post li kellu ta’ CEO f’Lovin Malta biex jingħad mal-Partit Nazzjonalista ħa jmexxi l-kampanja elettorali ta’ Bernard Grech.

Fil-post li tella’ Christian Peregrin qal li hu kien ivvota lill-Partit Laburista, imma qed jibża’ li Malta ser tispiċċa b’one party state.

Biss li ma qalx li ħafna li kienu kontra Joseph Muscat u Nazzjonalisti ġenwini ġew imwarrba mill-istess Partit Nazzjonalista, biex issa jridu jaraw il-Partit tagħhom jitmexxa minn persuna li kien jagħti s-support lill-istess Muscat.

Biss nistenna li l-Partit Nazzjonalista jgħidilna kemm ser ikun qed jitħallas Christian Peregin ta’ din il-pożizzjoni. Għax f’daqqa waħda l-flus ma għadhomx problema fil-Partit Nazzjonalista.

Mela dawk li kienu qed niġġieldu u jikkritikaw lil Joseph Muscat, issa ser isibu ma wiċċhom l-istess persuna li kien jagħmillu l-propaganda. Biss minflok favur Joseph Muscat issa ser tkun favur Bernard Grech.

Fuq kollox, Christian Peregin kien kontra Adrian Delia! Dan għandi nqiesu bħala rigal ieħor għal dawk li ħadmu favur Bernard Grech biex ikun kap tal-Partit Nazzjonalista?

X’ser tkun issa l-pożizzjoni tal-PN fuq il-kannabis u l-abort? Dawn kollha issues li hija favurihom Lovin Malta. Fejn hu l-Arcisqof Scicluna li tant ħadem u stinka, minn quddiem u minn wara, biex jittajjar Adrian Delia? Issa kuntent li l-kannabis u l-abort ser jispiċċax biex jiddaħħlu fil-Partit Nazzjonalista? Dawn huma l-valuri ta’ dawk li kienu jagħtu l-korsijiet ta’ Kana? Iħalluna kwieti. Dan kollu tgerfix. L-aqwa li ser nagħmluh Partit Liberali.

Fuq kollox, dan kien il-persuna li fetaħ kawża biex il-partiti politiċi, inkluż dak Nazzjonalista ma jibqax ikollu l-istazzjoni tat-televizzjoni tiegħu. X’ser jagħmel issa l-PN? Il-Partit Nazzjonalista ser jagħlaq NET TV?

Laqgħatni dan il-kumment ta’ Richard Garzia attivist Nazzjonalist minn Bormla li qed nġibu hawn taħt kif tellgħu l-istess Garzia. Garzia tella’ dan l-artiklu taħt l-artiklu ta’ Lovin Malta fejn tħabbar li Peregin ingħaqad mal-Partit Nazzjonalista.  



Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *