Post li jikkonferma l-ħbiberija bejn Jason Azzopardi u Christian Peregin

Qed inġib post li xi ħadd tella’ fuq il-pagna tiegħi fejn fih hemm referenza għal Jason Azzopardi. Jason Azzopardi endorsja l-għażla ta’ Christian Peregin. Dan il-post ta’ Jason Azzopardi jikkonferma l-ħbiberija bejn dawn it-tnejn. Nista’ nżid li hija waħda qadima ħafna. Imsomma dak li hu suppost ta’ ultra Kattoliku li qed jaqbel fuq għażla ta’ persuna ultra-liberali.

Fuq kollox, minn informazzjoni li għandi hemm anki ħbiberija bejn Christian Peregin u Matthew Caruana Galizia. Sa hawn ma hemm xejn ħażin. Biss irid infakkar li Matthew Caruana Galizia u ommu kienu wara l-kampanja tal-Partit Nazzjonalista tal-2017. Dak inhar ġa l-poplu Malti kien warrab l-għażla liberali li kien għamel il-Partit Nazzjonalista taħt Simon Busuttil għaliex kien tah telfa kbira.

Leave a Reply