Mhux talli mhux nieħu flus talli l-istat ma jagħtinix dak li hu finanzarjament tiegħi

Irċevejt dan il-messaġġ b’mod privat. Qed nippubblikah kif ntbagħatli.

Mhux ser nidħol fit-tgħajjir li dan in-Nazzjonalisti kiteb fil-konfront tiegħi biss ser nikkummenta fuq l-aħħar sentenza fejn qal li l-Gvern tal-Lejber qed jagħtini l-flus.

Dak li nista’ nassigurah u ngħidlu li l-Gvern tal-Lejber ma hu qed jagħtini xejn. L-anqas biss tani tweġiba ta’ ittra uffiċjali li bgħatt biex nistaqsi jekk jien, nikkwalifikax, kif kwalifikaw media oħrajn għall-għajnuna finanzjarja minħabba l-Covid19. Media oħra ħadu l-flus. Jien l-anqas “acknowledgement” għall-email li bgħatt ma ngħatajt.

Biss mhux talli ma ngħatajtx flus talli anki meta kelli dritt għalihom qed inkun imċaħħad minnhom. Permezz tal-avukat tiegħi, Dr. Daniel Buttigieg, jien irbaħt kawża lill-Gvern għal kumpens finanzarju. Issa f’dawn it-tip ta’ kawżi, l-awtorita’ li jien erbaħtilha l-flus ma tappellax. Fil-każ tiegħi, din l-awtorita’ in partikolari ddeċidiet li tappella s-sentenza tal-imħallef li ta fil-konfront tiegħi. Ma hemmx x’tagħmel. Nagħmlu aktar snin fil-qorti. Ngħidu li qed tagħmel xogħolha u l-istituzzjonijiet qed jaħdmu. Nispera li issa, din l-awtorita’ dejjem tappella. Biss dak li nista’ ngħid li l-avukat ta’ din l-awtorita’ huwa wieħed minn dawk li jaħdem mal-Partit Nazzjonalista u biċċa waħda mal-klikka ta’ Bernard Grech, tant li qiegħed fuq kummissjoni tal-Partit Nazzjonalista li minnha jaqla’ l-flus, barra ovvjament il-flus li jaqla’ minn din l-awtorita’.

Qed ngħid dan mhux biex infittex xi solidarjeta’ imma biex nuri li talli titkellem il-verita’ f’dan il-pajjiż taqla’ fuq rasek u tbati finanzjarjament. Imbagħad dawk li verament ikunu qed igawdu, jibdew jgħajruk kemm qed tieħu u jgħidulek ġakbin.

B’hekk nirrepeti li dak li qed ngħid mhux qed ngħidu biex niġbed xi simpatija imma biex nuri kemm hija falza l-akkuża li dan il-gvern qed jimpalali l-liri biex nikteb kif nikteb.  

Nispera li rrispondejt lil dan is-sinjur!

Leave a Reply