Il-kumitat ta’ Tas-Sliema neħħa lill-mara ta’ Robert Arrigo minn kunsilliera

Il-kumitat sezzjonali ta’ Tas-Sliema neħħa d-dritt tal-vot lill-mara ta’ Robert Arrigo. B’hekk il-mara ta’ Robert Arrigo, Marina ma baqgħetx kunsilliera. Meta din l-azzjoni saret magħrufa, ġabet inkwiet kbir fost in-Nazzjonalisti ta’ din il-lokalita’. Tant li wara li ttieħdilha dan il-vot, kellu jinsab mezz kif ser tkun irrangata din is-sitwazzjoni u l-mara ta’ Robert Arrigo terġa tkun kunsilliera. Infatti, il-bieraħ filgħaxija, reġgħet saret kunsilliera imma mhux fuq il-lokalita’ ta’ Tas-Sliema.

B’hekk il-mistoqsija tiġi waħidha. Ir-reżenja tal-president sezzjonali tal-kumitat ta’ Tas-Sliema kellha x’taqsam ma’ din l-azzjoni jiġifieri, il-president sezzjonali kien wara din l-azzjoni biex il-mara ta’ Robert Arrigo ma titħallix aktar kunsilliera tal-Partit Nazzjonalsita? Hu magħruf li l-President tal-Kumitat Sezzjonali, in-nutar Joseph Vassallo Agius, hu biċċa waħda ma’ Karol Aquilina, deputat fuq Tas-Sliema.

In-nutar Vassallo Agius ħa l-voti ta’ numru ta’ Nazzjonalisti minn Tas-Sliema, u b’hekk illum ma għadhomx kunsilliera u ta x’uħud minnhom lill-membri tal-familja tiegħu stess.

Il-klikka titkellem fuq il-bżonn tal-għaqda fil-partit u ħadd ma hu għar-rimi imbagħad iseħħu dawn l-azzjonijiet saħansitra kontra l-mara tal-istess viċi-kap tal-Partit Nazzjonalista.  

Marina Arrigo hija ex-sindku ta’ Tas-Sliema u l-ewwel sindku mara għall-Partit Nazzjonalista. Mela barra li hija l-mara ta’ Robert Arrigo, hija attivista’ kbira tal-Partit Nazzjonalista u l-attivita’ tagħha tmur oltre mill-partiċipazzjoni ta’ żewġha fil-politika.

Biss l-irġulija ta’ Robert Arrigo ġejja mill-fatt li ma ridx jikkummenta dwar din l-istorja biex ma ssirx ħsara lill-Partit Nazzjonalista. L-anqas il-mara ta’ Robert Arrigo, Marina, ma riedet tagħti importanza lil din l-istorja. Infatti, ninsab informat li t-tnejn li huma ma riedux li din issir pubblika. Biss din l-istorja xorta ħarġet u ssemmiet minn Emanuel Cuschieri u saret pubblika.

Din l-istorja turi f’liema stat traġiku u ta’ ingratitudni jinsab fih illum il-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply