Għax Jean Karl Soler ipprova jiftaħ għajnejn in-nies, “il-mogħoż kuntent li ġie rrapportat”

Blog post minn John Spiteri Gingell

Kemm hawn min hu stupidu. Dr. Jean Karl Soler qed jipprova jiftħilkom għajnejkom iżda għalxejn, anzi l-mogħoż kuntent li ġie rrapportat. Ma ħaqqkom xejn iżjed milli tieħdu l-effetti tal-vaċċin u gawduh. Jekk jagħmel dak li suppost li jagħmel, għalfejn tridu tisfurzaw li min ma ħadux biex jieħdu? Jew m’għandkomx fiduċja fil-vaċċin? Ma kellniex nilħqu ‘herd immunity’ mas-70%? Jew insejtu? Minn meta vaċċin li suppost qiegħed hemm biex jipprotegi lilek għandu jieħdu ħaddieħor biex jipprotegi lilek? Tafu x’suppost hu vaċċin jew le?

L-inventur tal-vaċċin MRNA jgħidilna li din hija teknologija li hija waħda esperimentali u l-pubbliku qed iservi għall-skopijiet ta’ riċerka! U li l-effetti għadhom mhux magħrufa u jridu jiġu diskussi b’mod apert (https://trialsitenews.com/bioethics-of-experimental…/) –

L-OpenVAERS database turi li l-effetti ta’ dan il-vaċċin fl-Amerika qed iħalli konsegwenzi serji f’sena daqs il-vaċċini kollha l-oħra flimkien fi tletin sena… issa għandkom tkunu tafu wkoll, li peress li l-VAERS ibbażata fuq rapporti volontarji huwa stmat li d-data li hemm fiha (apparti l-backlog enormi ta’ ‘l fuq minn 150,000 każ li jammettu għadhom mhux fid-database) hija biss 1% ta’ x’qed jiġri hemm barra! Jiġifieri l-figuri li hemm fiha tridu tagħmluhom x100. (https://www.openvaers.com/covid-data).

Il-verita’ hi li qed JAĦBU l-effett u jekk tridu tkunu tafu kemm qed jaħbu għamlu esperiment sempliċi – fittxu dan it-terminu “french drug evaluation center concludes: ‘all 4 covid vaccines should be discontinued’. L-ewwel fuq google fejn jitla’ skoss imbarazz u imbagħad fuq duckduckgo – fejn jitla’ l-artiklu relevanti mill-ewwel.

M’għandkomx dritt tkunu tafu? Ma jinterresakomx? Tafu kemm-il grupp neħħa Facebook ta’ nies li ġew affettwati ħażin? Ta’ min ħajtu inħxiet għal kollox? Mijiet. Saħansitra gruppi ‘íl fuq minn 100K ruħ fihom. Tafu bil-fuckups kbar fid-disinn tal-vaċċin MRNA – fejn l-ispike protein minflok jibqa’ lokalizzat fid-dirgħajn jinxtered mal-organi kollha nkluż il-moħħ u partikolarment għan-nisa fl-ovaries tagħhom? Tafu bin-numru esagerat ta’ miscarriages u spontaneous abortions li seħħew? Tafu bil-każijiet fost iż-żagħżagħ fejn n-norma ta’ mard tal-qalb wara li ħadu l-vaċċin żdiedet x25 jew ma jinterressakom xejn? Dawn kienu żagħżagħ fl-aqwa ta’ saħħithom.

Ovvjament mhux ser taqrawhom fuq it-Times jew tisimghuhom fuq il-One dawn – tridu tfittxu, pero’ naħseb li dan huwa wisq għal ħafna…. Tafu li tisforza jew li tiddiskrimina kontra xi ħadd biex jieħu l-vaċċin (li huwa sperimentali kif qalilna l-inventur tat-teknologija) huwa att KRIMINALI pprojbit min-Nuremberg Code? Mhux talli kriminali iżda saħansitra CRIME AGAINST HUMANITY? Tafu min kien jesperimenta fuq in-nies f’ísem it-teknologija u s-saħħa pubblika? Iva. Hitler.

Tafu li suppost biex jingħata vaċċin esperimentali li ngħata approvazzjoni KONDIZZJONALI (jiġifieri rikonoxximent li huwa esperiment) fil-verita’ jitlob li gvern suppost jamministrah wara li jiddikjara stat ta’ emergenza (u din mhux cajta) – jew ma jinterssakom xejn? XEJN? U tiġu hawn tgħidu l-istronzati. Jekk kuntent bil-vaċċin ħudu u ħalli lil min jaqra u jixtarr jagħmel id-deċiżjoni tiegħu. Minn meta issa fix-xjenza sirna nipprovaw nagħlqu ħluq in-nies? Tafu x’ínhi xjenza? Qatt smajtu bil-kunċett ta’ falsifiability? U wara kollox li tisforza l-vaċċinazzjoni f’ímxija jagħmel sens? Jew qed noħolqu l-kundizzjonijiet biex noħolqu verzjoni super dominati tal-virus li ma kienx jinħoloq li kieku ħallejna l-immunita’ naturali tal-bniedem (ferm superjuri ta’ kwalunkwe vaċċin maħluq mill-bniedem) taħdem? (https://37b32f5a-6ed9-4d6d-b3e1-5ec648ad9ed9.filesusr.com…).

Naf li ser ikun hawn risposti stupidi għal dak li qed ngħid jien min-nies li qatt ma jaqraw xejn aħseb u ara papers xjentifiċi. L-intervent tiegħi mhux għalihom – għax għalihom m’hemmx fejqan letteralment. L-intervent tiegħi huwa intenzjonat biss għal min fostkom għad għandu l-fakulta’ tal-ħsieb u kapaċi jifhem u jagħmel argument.

2 comments

  1. Waw flahhar ed jitkellem xihadd mil media. Proset talli ed tajdulna il verita. Ilni nara intervisti ta Dr. Robert Malone linventatur originali tal MRNA gene therapy vaccine li javzahom li huwa ta periklu li jingektjaw fin nies ghax jek lispike protein jinfirex ha jikawza autoimmune disease fil gisem tal bniedem… haga bhal din bniedem andu jara sew xini u mhux naqbdu u nitaqbu bxihaga manafux xha tikawza. Il problema tkun jek Malta tithajar min Franza u tibda tamel diskriminazjoni gbira ghalkem il ligi ta eu tajt li mhijiex mandatory u li majistax ikun hemm diskriminazjoni bejn min hada u bejn min ma hadiex.

Leave a Reply