Irreżenja l-president tal-Kumitat Sezzjonali ta’ Tas-Sliema

Il-Kumitat Sezzjonali ġewwa Tas-Sliema reġa’ fl-aħbarijiet interni tal-Partit Nazzjonalista. Kulħadd jiftakar l-inkwiet li kien inqala’ minħabba l-elezzjoni tal-membri ta’ dan il-kumitat li kienet saħansitra spiċċat fl-aħbarijiet Nazzjonali.

Issa, il-President tal-Kumitat Sezzjonali, in-Nutar Joseph Vassallo Agius, tefa’ x-xugaman, fi kliem ieħor rreżenja minn president. Dan ħabbar ir-riżenja tiegħu minn President tal-Kumitat il-bieraħ filgħaxija lill-sħabu tal-kumitat f’chat privat li għandu dan l-istess kumitat.

Ma jidhirx li kien hemm xi laqgħa għaddejja. Dan qed iwassal għal ħafna spekulazzjoni għala rreżenja l-president ta’ dan il-kumitat. Nisperaw li mhux xi raġuni ta’ saħħa għax hemm hekk nawgurawlu fejqan ta’ malajr.

Imma kif ħabbar hu stess, għalkemm irriżenja minn president, xorta se jibqa’ fil-kumitat biex jibqa’ jagħti l-għajnuna tiegħu. Dan hu dak li kiteb lil sħabu fil-kumitat,

B’effett immedjat qiegħed nirriżenja minn President Partit Nazzjonalista Sliema. Ser nibqa’ naħdem fil-kumitat bħala membru sħiħ u speċjalment fuq ġbir ta’ fondi. Nirringrazzja lill-kumitat tal-fiduċja li tagħni matul dawn l-aħħar tliet snin”.

Biss il-mistoqsija tibqa’ x’wassal biex irreżenja in-nutar Joseph Agius Vassallo meta dan kien wieħed minn dawk – u b’kull dritt – xtaq bidla fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista? Din ir-reżenja ġiet eżatt mal-ftuħ tal-kunsill ġenerali u qabel il-votazzjoni tal-esekuttiv ta’ nhar il-Ġimgħa u s-Sibt li ġej. Hemm xi relazzjoni bejn din ir-reżenja u l-elezzjonijiet għall-esekuttiv li ser isiru lejn tmiem il-ġimgħa u li għalihom ser ikollhom jivvutaw il-kunsilliera?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *