Survey ieħor li ħareġ il-bieraħ: dwar il-Covid19

Il-Malta Today għamlet survey li jidher li kien ikkombinat mas-survey politiku. F’dan is-survey, il-Malta Today staqsiet jekk iċ-ċittadini Maltin jaqblux li kull min jersaq lejn pajjiżna jrid juri li hu vaċċinat darbtejn, jiġifieri li rċieva l-vaċċinazzjoni kompluta. 95.8% qablu ma’ din ir-rikjesta li issa imponew l-awtoritajiet. 2.2% biss qalu li ma jaqblux u 2% ma kienux ċerti. Mela r-restrizzjoni, li turist biex jidħol Malta, irid ikun vaċċinat tidher skont dan is-survey intlaqgħet tajjeb ħafna.

Issa ħalli nagħmlu xi ħaġa oħra ċara. Il-COVID-19 ma jattakkax skond il-kuluri. Is-survey tal-Malta Today ma ntgħamilx biex jirrifletti nies li politikament huma ma’ naħa jew oħra. Fil-fatt minn dawk li lilhom intgħamlu dawn il-mistoqsijiet, u qalu li vvutaw lill-Partit Nazzonalista fl-2017, 96.9% qablu waqt 97.9% li fl-2017 ivvutaw lil Partit Laburista qablu wkoll ma’ dan is-suġġeriment.

Mela minn dan jidher ċar li dawk li rrispondew għal dan is-survey kienu kemm Nazzjonalisti kif ukoll Laburist, fil-maġġoranza assoluta tagħhom raw li din tkun deċizzjoni tajba.

Forsi minħabba dan is-survey, il-fatt li l-bieraħ Bernard Grech attakka lill-Gvern talli żamm lil dawk li ma ħadux it-titqiba jidħlu f’Malta jista’ jkun interpretat bħala li ħa falza stikka. Biss Bernard Grech għandu raġun. Biss fuq dan il-punt u għaliex għandu raġun ser nikteb fi blog separat. Il-qawwa ta’ mexxej titkejjel kemm ikun lest li jmur kontra l-kurrent. Il-Partit Politiċi mhux qegħdin hemm biex jitmexxu mill-opinjoni pubblika imma biex imexxuha.

Leave a Reply