Intopp għal Michael Piccinino biex isir segretarju ġenerali: ma jikkwalifikax għall-elezzjonijiet tal-esekuttiv

Il-gazzetti tal-Ħadd ikkonfermaw dak li kont qed nikteb jiena li Michael Piccinino ser ikun is-segretarju l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Saħansitra ttieħdu ritratti tiegħu flimkien mal-kap u s-segretarju ġenerali uxxenti Francis Zammit Dimech.

Biss inqalet problema jew aħjar intopp serju li jista’ jżomm lil Michael Piccinino milli jsir segretarju tal-Partit Nazzjonalista. Kif għidt qabel, is-segretarju tal-Partit Nazzjonalista jrid ikunu membru fl-esekuttiv. Michael Piccinino ma hux membru. Bir-raġun kollu, Michael Piccinino ħareġ għall-esekuttiv u l-bieraħ il-Ħadd ingħata promozzjoni kbira li l-Partit Nazzjonalista iridu b’saħħa segretarju ġenerali anki jekk għadu l-anqas ġie elett fl-esekuttiv. Fi kliem ieħor, il-messaġġ kien ċar għad-delegati biex jivvutawlu.

Iżda hawn tinsab il-problema u hawn inqala’ l-intopp. Bħalissa hemm minn qed jistaqsi jekk Michael Piccinino jistax joħroġ għal din l-elezzjoni tal-esekuttiv peress li hu impjegat tal-Partit Nazzjonalista. Minn informazzjoni li għandi, Michael Piccinino hu mpjegat tal-Partit Nazzjonalista. Hu kien impjegat fl-uffiċju tas-Segretarju Ġenerali u għadu mpjegat sal-ġurnata tal-lum mal-Partit Nazzjonalista. Issa impjegati tal-Partit Nazzjonalista ma jistgħux joħorġu għall-esekuttiv. B’hekk hekk jitla’, l-elezzjoni tiegħu fl-esekuttiv tkun waħda invalida.

B’hekk Michael Piccinino jrid jikkonferma jekk għadux impjegat tal-Partit Nazzjonalista jew le. Jekk ma għandux, meta spiċċa jaħdem mal-Partit Nazzjonalista. Dan hu importanti ħalli l-elezzjoni tiegħu ma jkollhiex problemi fil-futur u tkun waħda valida.

Qed nġib x’jgħid l-istatut dwar l-elezzjoni għall-esekuttiv.

B’hekk jekk Michael Piccinino għadu mpjegat tal-Partit Nazzjonalista, in-nomina tiegħu għal din l-elezzjoni li ser issir għall-esekuttiv hija waħda nulla.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *