Min hemm verament wara ċ-Civil Society Network?
Mingħajr ma kont qed nistenna, f’din il-ġimgħa spiċċajt f’battibek mas-Civil Society Network fuq post li tellgħet Eve Borg Bonello dwar Ġorġ Borg Olivier. Ma kienetx l-intenzjoni tiegħi li nidħol f’dan il-battibek iżda kif żviluppaw l-affarijiet ma nistax ma ninnutax ċertu affarijiet.
Hu fatt magħruf li Eve Borg Bonello ħadet sehem fl-attivitajiet ta’ Repubblika u tkellmet fihom. Sa hawn ma hemm xejn ħażin. Darba għamlet kawża lil xi ħadd fuq kumment li dan tella’ fi ħadd fuqha għaliex ħasset li dan kien barra mill-loku u jikkostitwixxi theddid.
Biss illum, wara l-post tac-Civil Society Network biex jaqbżu għalija u jiġġustifikaw iċ-ċajta li għamlet ma nistax ma nkomplix nikkummenta u nitħasseb fuq dan il-fatt, għaliex fl-opinjoni tiegħi dan jaħbi realtajiet li ftit qed nitkellmu dwarhom fil-Partit Nazzjonalista u jmuru lilhinn minn Eve Borg Bonello. Forsi mingħajr l-anqas ma hi stess indunat, qajmet skeletri mill-oqbra.
Fis-sewwa ma hemm ħadd iddikkjarat bħala wara ċ-Civil Society Network. Biss nixtieq nistaqsi lil Michael Fenech Adami, it-tifel ta’ Eddie Fenech Adami, jekk hux wieħed mill-factotum ta’ din l-organizzazzjoni?
Nixtieq nistaqsi wkoll jekk hux veru li wara s-sit elettroniku tal-CSN kienx hemm il-figura ta’ Karl Camilleri li kien is-segretarju generali tal-PD? Veru li llum dan hu wieħed mill-‘untouchables’ ta’ Bernard Grech? Għalih u għal nies bħalu kien Bernard Grech qed jirriferi l-bieraħ meta qal li resqu nies lejn il-Partit Nazzjonalista? Biex nuża l-kliem ta’ The Times tal-bieraħ Karl Camilleri hu wieħed mill-‘”scores” of people who had never approached the PN in the past were now thinking of lending it a hand‘?
Jiċħad Karl Camilleri li kien wara Team Start u b’hekk wara Eve Borg Bonello? Fuq kollox, nixtieq konferma jekk issa, it-tmexxija tas-sit CSN ngħatatx lil xi ħadd mis-segwaċi ta’ Karl Camilleri jew kif jgħidulu ‘one of his minions’?
Dan hu dak li jiġri meta partit jintrebaħ min-nies li mhux ħerġin minn ħdanu imma ġejjin minn naħat liberali u gruppi politiċi oħra. Bl-azzjoniijet tagħhom, ikabbru u mhux jfejqu l-ġrieħi li hemm fil-Partit Nazzjonalista.
Meta jiġri hekk jinqalgħu problemi tal-passat. Il-verita’ hija li l-familja Fenech Adami qatt ma rrikonċiljat ruħha mal-familja Borg Olivier. Hu fatt magħruf, li wara li Eddie Fenech Adami sar kap, saru ħafna rikonċiljazzjonijiet fosthom mal-familja Ganado iżda ma’ dik ta’ Borg Olivier, din ir-rikonċiljazzjoni qatt ma seħħet.
L-ewwel kap li ġab ir-rikonċiljazzjoni vera kien Adrian Delia meta stieden lit-tifel ta’ Ġorġ Borg Olivier biex jitkellem u għax Adrian Delia ġab rikonċiljazzjoni mal-familja ta’ Borg Olivier, spiċċa jiġu attakkat bla ħniena minn Daphne Caruana Galizia. Fuq kollox, Adrian Delia spiċċa fl-attakk tal-membri kollha tal-familja ta’ Eddie Fenech Adami.
Meta nara dan il-post, fejn fih iċ-Civil Society Network tiddefendi azzjoni bħal din, nistaqsi jekk dan l-antagonizmu jirriflettix dan l-antagonizmu storiku li kien hemm fil-familja Fenech Adami kontra l-familja Borg Olivier u jekk dan għadux ħaj? Jekk għadu ħaj ma jaħsbux min qed itella’ dawn il-posts li qed jagħmel aktar ħsara milli ġid lill-Partit Nazzjonalista?
Nistaqsi lil Michael Fenech Adami x’ġid jieħu l-Partit Nazzjonalista b’dawn il-jokes fil-konfront ta’ Borg Olivier? Lest Michael Fenech Adami jaċċetta l-użu tal-CSN biex ikunu attakkati predeċessuri u mexxejja li kellu l-Partit Nazzjonalista?
Infakkar lil Michael Fenech Adami, kemm ħuh Beppe, ħa għalih – u bir-raġun – għax persuna għajret lil Eddie Fenech Adami u kiteb post kontra tiegħu u ħadu l-qorti anki jekk fil-verita’ qatt ma kien hemm theddida reali kontra l-istess Eddie Fenech Adami. Mela għala ċ-Civil society Network tippermetti dan it-tip ta’ ċajt kontra Borg Olivier?
Meta jkun hemm id-difiza ta’ post bħal dawn ikolli bil-fors nistaqsi jekk wara dawn is-snin kollha, din il-familja ta’ Fenech Adami ma kienetx kapaċi tirrikonċilja ruħha u tinsa xi divergenzi li seta’ kien hemm mal-familja ta’ Borg Olivier? Naf x’naf, li membri differenti tal-familja Fenech Adami għamlu l-ħajja ta’ Adrian Delia infern għaliex irrikonċilja lill-Partit Nazzjonalista mal-familja Borg Olivier.
Post bħal dak li tellgħet iċ-Civil Society Network juru li din is-soċjeta’ qegħda tiddefendi lil dawk li jagħmlu ċajt fuq dan l-istatista kbir Malti! Turi li din hija mmexxija minn nies li ma tellgħux fil-Partit Nazzjonalista, imma trawmu fi strutturi oħra. Għalhekk hu importanti li l-familja Fenech Adami tiddissoċja ruħha minn dan kollu. Jekk le ser tkun qed tirredikola lilha innifisha.
INSOMMA IS CIVIL SOCIETY MAGHMULA MIN SALT SKADUTI.