L-avukat tal-Porsche jgħid li mhux jaqla’ flus u l-imħallef Vella jemmnu
F’dawn il-jiem kellna ittra mill-ex-imħallef emeritu, Vincent De Gaetano fejn fiha ġie attakkat il-maġistrat Joe Mifsud għaliex xi ħadd ħa żball fil-kitba ta’ kelma arkajka mill-lingwaġġ legali tas-seklu tmintax jekk mhux qabel.
Imma mbagħad quddiem fatti koroh fejn għandna l-imħallef Antonio Vella, il-bniedem li meta kien maġistrat, kellu quddiem l-inkjesta tal-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia u qatt ma rnexxilu jġib x’fih il-kompjuter tagħha mingħand il-pulizija Ġermaniża, ma jingħad xejn. Infakkar li Jason Azzoapardi huwa wieħed mill-avukati tal-familja Caruana Galizia. Hemm ħadd ma staqsa jekk xi maġistrat ħax xi żball fl-ittra li kienet saret biex tinġib il-hard disk Malta mill-Ġermanja!
Jien ippubblikajt artiku fuq Facebook fejn urejt ritratt ta’ Jason Azzopardi jitkellem ma’ l-imħallef Antonio Vella. Ara fuq dan ħadd ma kkummenta ħlief l-avukat Joe Brincat li qabeż għal Antonio Vella.
Biss ħadd ma jgħid mill-ġudikatura li Jason Azzopardi għandu l-kawża tas-separazzjoni tiegħu minn ma’ martu quddiem dan l-imħallef u b’hekk hu leġittimu li wieħed jistaqsi eżatt meta saret din il-laqgħa fuq mejda ta’ kafe ma’ Antonio Vella. Kif ħadd tar-rule of law ma jistaqsi dwar dan!
Fuq kollox, Jason Azzopardi għamel rikors quddiem l-imħallef Vella biex jitnaqqas il-manteniment li hu jagħti lil ex-mara tiegħu għaliex qal li mhux qed jaqla’ flus minħabba li hu ffukat biss fuq il-kawża tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia. U l-imħallef Antonio Vella emmnu li naqaslu d-dħul u b’hekk naqqas il-mantenimant li Jason Azzopardi kien qed jagħti lill-martu.
Issa ħareġ li Jason Azzopardi hu l-avukat tal-karozzi lussużi – porsche. Dan id-dettall ħareġ din il-ġimgħa waqt konferenza stampa.

Nistaqsi jekk dan is-servizz lill-porsche Jason Azzopardi hux qed jagħtih b’xejn ukoll?
Imma jekk qed jitħallas, nistaqsih jekk qattx iddikkjara dan il-qliegħ lill-imħallef Antonio Vella fil-kawża tas-separazzjoni li għandu minn mal-mara? Vera nitħassru lil Jason Azzopardi. Miskien, ċertu maġistrati u mħallfin jemmnu dak kollu li jgħid.
Iddikkjara Jason Azzopardi dan id-dħul li verosimilment qed jieħu mingħand il-Porsche fid-dikjarazzjoni li d-deputati huma obbligati li jagħmlu lill-Ispeaker tal-Parlament?
U jekk hemm dħul, iddikkjara Jason Azzopardi dan id-dħul lill-kummissarju tat-taxxi internti?
Dak li nista’ ngħid fi żgur li ma saret l-ebda stqarrija minn Jason Azzopardi biex igiddeb lil dan il-ġurnalista.
Imbagħad kellna ex-imħallef, Zammit McKeon, li kien jaqta’ s-sentenzi favur Repubblika u ħassu offiż li n-nies jitkellmu kif qed jitkellmu fuq ċertu imħallfin u maġistrati. Ara fuq dawn l-affarijiet l-ebda ex-imħallef ma fetaħ ħalqu. Ara fuq dan il-fatti, Repubblika mhux qed titlob riżenji.
Biss il-poplu Malti għandu għajnejn biex jara u llum hija ċara li ċertu mħallfin u maġistrati huma fil-but tal-avukat tal-porsche, Jason Azzopardi.
INSOMMA QORTI ANTIKA B’NIES ANTIKI U SKADUTI.