Jiġu ppubblikati r-riformi proposti fl-istatut tal-PN
Wara li dan is-sit għamel pressjoni fuq il-Partit Nazzjonalista dwar x’inhuma l-emendi proposti għall-istatut, issa dawn l-emendi jinsabu fuq is-sit tal-Partit Nazzjonalista. Din il-pressjoni kienet saret wara li rċevejt numru ta’ talbiet mingħand Nazzjonalisti li bdew jistaqsu x’inhuma dawn l-emendi u ħadd ma kien kapaċi jgħidilhom. B’hekk ġara kif kont ħabbar meta ktibt li dawn l-emendi kienu ser ikun ippubblikati lejn tmiem il-ġimgħa. Min irid isegwi u jara x’inhuma dawn l-emendi jidħol f’dan is-sit tal-Partit Nazzjonalista.
Din hija t-tieni darba fi ftit jiem li seħħ dak li ġie mħabbar f’dan is-sit. Illum The Sunday Times tatna l-aħbar li Michael Piccinino ser ikun s-segretarju l-ġdid tal-PN. Din l-aħbar kienet ukoll ġiet imxandra f’dan is-sit fil-jiem li għaddew.
L-emendi proposti huma dawn li ġejjin:



