“Jien għandi fiduċja fl-awtoritajiet tas-saħħa: biss beda jidħol ħarira dubju”

Blog post minn osservatur politiku

Jiena għandi fiduċja sħiħa fl-awtoritajiet tas-Saħħa Maltin dwar id-deċiżżjonijiet li qed jieħdu għax dawk huma marbutin żgur mas-saħħa tal-bniedem. Biss xi kultant jidħol ħarira dubju fil-politiku. Dan għaliex naf u huwa ovvju, li politiku jrid iħares żewġ objettivi differenti, is-saħħa u l-ekonomija. B’dan f’moħħi, għalkemm insegwi l-pariri tal-awtoritajiet Maltin, nieħu nteress ukoll li nara barra pajjiżna x’qed jiġri.

Il-kap tal-kumpanija Pfizer tal-Ingilterra, Ben Osborn, iddikjara mingħajr ebda tlaqliq li għalkemm jinsab sodisfatt bit-tilqim li għaddej f’pajjiżu u bid-deċiżżjonijiet li qed jieħu l-Gvern tiegħu, huwa se jibqa’ jilbes il-maskla, speċjalment fejn ikun hemm ħafna nies. Huwa serraħ ras l-Ingliżi li għalkemm għad irid isir xi tibdil fit-tilqima biex tkopri wkoll il-varjanti, huwa stqarr li t-tilqim attwali jkopri protezzjoni ta’ 90% minn mard serju li jkollu bżonn ta’ sptar.

Huwa żied li se jkun ħafna aktar moħħu mistrieħ meta kulħadd, kemm l-Ingilterra kif ukoll madwar id-dinja, ikun ħa ż-żewġ dożi tal-vaċċin, hi liema ditta hi. Huwa kompla li meta din il-mira tintlaħaq, jkun hemm aktar ċertezza li l-protezzjoni qiegħda taħdem tajjeb. Meta l-livell ta’ vaċċinar ikun għoli, allura jindika li diġa’ hemm livell qawwi ta’ protezzjoni. Dan il-vaċċinar ta’ ħafna nies iserraħ l-imħuħ ta’ kulħadd u għalhekk kull bniedem ikun iħossu komdu li l-gvernijiet jibdew inaqqsu r-restrizzjonijiet u xi deċiżżjonijiet li jibdew jittieħdu.

Ben Osborn reġa saħaq li hu, fil-prattika tal-ħajja matul dan iż-żmien ta’ pandemija, se jibqa’ jilbes il-maskla meta isib ruħu f’xi supermarket mimli nies, meta jkun fuq xi meżż ta’ trasport fejn ovvjament jiltaqgħu iżjed nies, meta jkun f’xi triq minn fejn jgħaddu kwantita ta’ nies jew fi kwalunkwe sitwazzjoni, fejn skond hu n-numru ta’ nies preżenti jkun qawwi’. Fl-opinjoni tiegħu l-pandemija fadlilha magħna. It-triq għadha twila.

Mr Osborn qal li hu jħoss li bl-attitudni tiegħu, qed jagħmel il-biċċa tiegħu żgħira kemm hi żgħira. Mr Ben Osborn wera wkoll li l-kumpanija tiegħu m’ihiex biss konċentrata fuq il-qligħ tal-flus. Huwa qal li qegħdin f’kuntatt kontinwu ma’ pajjiżi bi dħul baxx u medju biex jħaddmu t-teknoloġija tagħhom anke f’dawn il-pajjiżi. U għal dik ir-raġuni huma kkommettew li l-kumpanija tagħhom tkun forniet lil dawn il-pajjiżi żewġ biljun doża sal-aħħar tal-2021. Dawn se jgħadduhom lil dawn il-pajjiżi mingħajr ebda profit għall-kumpanija, imma se jfornu dawn id-dożi bil-preżż eżatt ta’ kemm jiswew biex titlesta l-produzzjoni ta’ dawn id-dożi kollha.

Leave a Reply

Your email address will not be published.