Raġuni għala qegħdin fil-lista l-griża hija għaliex il-ħasil tal-flus isir fil-qrati tagħna
Kemm smajna fuq l-FATF u li minħabba Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech spiċċajna fuq din il-lista. Għaliex kemm il-PN u l-Labour ma humiex qed jgħidu x’qalu sew tal-FATF? Veru li fir-rapport tagħhom, l-FATF identifikaw bħala waħda mis-sorsi għall-ħasil tal-flus huma l-qrati tagħna? U din kienet waħda mir-raġunijiet u mhux l-unika waħda għala aħna spiċċajna f’din il-lista l-griża? Mhux ta’ b’xejn li l-isqra jinżlu fuq ġudikaturi onesti bħal maġistrat Joe Mifsud!
Għaliex ir-Repubblika ma jsemmuhx dan il-fatt? Għaliex ma jitkellmux ta’ Repubblika, l-Occupy Justice, CSN dwar il-fatt li l-qorti hija bejta f’dan il-pajjiż għal il-ħasil ta’ flus?
Imbagħad tifhem għalfejn ir-raġel ta’ imħallfa, li kien involut fi transazzjoni ta’ flus kontanti, ħadd ma jitkellem dwaru! L-ebda editorjal mill-media tal-qaddisin ma’ sar fuqu. Imbagħad jgħidulek li inti qed tattakka lill-ġurnalisti! Jew jiġi xi ex-mħallef bħal Zammit McKeon u jgħidilna li jiddispjaċih li n-nies qed jitkellmu kif jitkellmu fuq il-qorti. Issa għażiż ex-imħallef Zammit Mckeon, għandek lill-FATF li qed tgħidlek li l-qrati tagħna huma bejta fejn fihom isir il-ħasil tal-flus!
Kieku kulħadd fil-qorti jġib ruħu bħal maġistrat Mifsud ma konniex nispiċċaw bil-qorti mniżżla bħala waħda mir-raġunijiet għala spiċċajna fuq il-lista l-griża tal-FATF!